Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Solvuti 98% tal-każijiet tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tul l-2025

pr260140
Date Icon 28/01/2026

Bosta proġetti ambizzjużi pjanati għall-2026



Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni solviet 98% tal-każijiet kollha li rċeviet tul is-sena li għaddiet.


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u mis-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield waqt konferenza tal-aħbarijiet. 



Matul l-2025 daħlu 23,090 rapport. Minn dawn, 98% ġew solvuti b’suċċess. Il-maġġoranza tar-rapporti waslu permezz tal-app (13,794), segwiti minn telefonati (7,101) u emails (1,910).



Id-Diviżjoni rnexxielha tiġbor b’suċċess 29,500 tunnellata ta’ skart, li minnhom 9,000 tunnellata kienu skart tal-kostruzzjoni. Dan jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mas-sena 2024, meta nġabru 57,300 tunnellata, 46,000 tunnellata skart tal-kostruzzjoni, bil-maġġorparti tiegħu skart li nġabar minn Ħal Far bi preparament għall-proġett tat-trakka. Dan it-tnaqqis jixhed l-impenn tan-nies li qed jikkollaboraw bi sħiħ fl-isforz nazzjonali favur iktar indafa pubblika.


L-app Clean & Upkeep kompliet isservi bħala għodda importanti ta’ komunikazzjoni bejn il-pubbliku u d-Diviżjoni, hekk kif fl-2025 ġew irreġistrati 1,899 download.


Minn meta beda l-proġett tal-ġbir tal-kontenituri tal-BCRS minn wara l-bieb tad-dar sal-bieraħ, inġabru 1.13 miljun kontenitur. Il-proġett irreġistra wkoll 10,604 talbiet u 3,628 klijent. Għal din l-inizjattiva, id-Diviżjoni investiet mal-€200,000. 


Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield qal li dawn ir-riżultati huma xhieda ċara tal-impenn kontinwu tal-Gvern biex tissaħħaħ l-indafa pubblika u tkompli tiżdied il-kwalità tal-ħajja. “Ir-riżultati li ħabbarna llum jixhdu dak li għandna pjanat għal din is-sena. Se nieħdu l-iskema tal-BCRS fuq livell nazzjonali, se nkunu qed nagħmlu l-akbar investiment fil-manutenzjoni f’kull lokalità, u qed nibnu għall-ewwel darba kollaborazzjoni strutturata mal-Ministeru għal Għawdex, biex il-benefiċċji jaslu għand kulħadd mingħajr eċċezzjoni.”



“Fl-istess waqt, qed inħaddnu t-teknoloġija bħala għodda essenzjali għal servizz pubbliku aħjar. Minn bins taħt l-art li jtejbu l-estetika u l-effiċjenza, għal drones bl-AI u smart bins li se jbiddlu kif nimmaniġġjaw l-iskart. Matul l-2026, dawn l-inizjattivi se jkunu l-pedament ta’ sistema aktar moderna, aktar sostenibbli u aktar effiċjenti. Sistema li taħdem għan-nies, u għall-pajjiż,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Bedingfield.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet, “Fuq kollox, danix-xogħol jiddependi fuq in-nies. Il-ħaddiema huma dawk li kuljum, b’modkonsistenti u spiss fil-kwiet, jagħmlu dan is-servizz possibbli. Ix-xogħoltagħhom mhuwiex dejjem viżibbli, iżda l-effett tiegħu jinħass minn kulħadd,f’kull lokalità, f’kull triq u f’kull rokna tal-pajjiż. Huwa għalhekk li bħalaGvern se nkomplu ninvestu fit-taħriġ, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol,fil-mekkaniżmi ta’ sigurtà u fl-għodod moderni li jtejbu kemm l-effiċjenza kifukoll is-sigurtà.”
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Solvuti 98% tal-każijiet tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tul l-2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Solvuti 98% tal-każijiet tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tul l-2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow