Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kontribut serju għad-diskussjoni pubblika – Speaker tal-Kamra tad-Deputati

PR260133
Date Icon 27/01/2026

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia indirizza t-tnedija tal-pubblikazzjoni tal-Malta Employers dwar l-Environmental, Social and Governance (ESG), u saħaq li dan ix-xogħol jirrifletti proċess ta' konsultazzjoni, riflessjoni u diskussjoni li wassal għal pubblikazzjoni dokumentata, bilanċjata u serja fl-approċċ tagħha.

Fl-intervent tiegħu, l-Ispeaker innota li l-pubblikazzjoni tindirizza temi ta' importanza partikolari għall-pajjiż, fosthom il-governanza tajba, id-dimensjoni soċjali tax-xogħol u tal-ekonomija, ir-responsabbiltà istituzzjonali u l-ħtieġa li l-iżvilupp ikun sostenibbli fit-tul. Huwa enfasizza li l-valur ta' dan ix-xogħol jinsab fil-mod kif dawn it-temi ma jiġux ippreżentati bħala kunċetti astratti, iżda bħala elementi li jeħtieġu riflessjoni u valutazzjoni kontinwa fid-dawl tal-interess nazzjonali u tal-ġid komuni.

L-Ispeaker fakkar li, filwaqt li r-rwol tiegħu mhuwiex dak tal-implimentazzjoni, huwa jittama li l-kontribut ippreżentat jingħata l-attenzjoni u l-kunsiderazzjoni xierqa mill-istituzzjonijiet kompetenti, kif u meta jixraq.

F'kelmtejn li saru d-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers, is-Sur Kevin J. Borg, irrimarka li l-maġġoranza ta' min iħaddem illum qed jara l-ESG bħala parti integrali mill-istrateġija tan-negozju u mhux biss bħala eżerċizzju ta' konformità. Huwa enfasizza wkoll l-importanza tal-governanza, tat-tmexxija u tal-istrateġija, kif ukoll il-bżonn li d-deċiżjonijiet ikunu appoġġjati minn data affidabbli.

Il-President tal-Malta Employers, is-Sur Ivan Refalo, tenna li l-komunità ta' min iħaddem qed twassal messaġġ ċar li l-ESG għandha titħaddem bl-aktar mod effettiv meta tkun parti integrali mill-ippjanar u t-tmexxija tal-organizzazzjonijiet.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kontribut serju għad-diskussjoni pubblika – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kontribut serju għad-diskussjoni pubblika – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kontribut serju għad-diskussjoni pubblika – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow