Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026

PR260130
Date Icon 27/01/2026

Il-Valletta Baroque Festival, produzzjoni ta' Festivals Malta, intemm fil-25 ta' Jannar b'suċċess kbir hekk kif kellu rekord ta' udjenzi ta' 6,500 persuna, kemm minn Malta kif ukoll minn barra minn xtutna.

Mill-ftuħ tiegħu fit-8 ta' Jannar, it-32 kunċert kienu milqugħa ferm tajjeb minn dawk li attendew, u dan b'hekk kompla jikkonferma l-pożizzjoni tal-festival bħala wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju kulturali Ewropew u pjattaforma ewlenija għall-mużika Barokka u bikrija.

Taħt id-direzzjoni artistika ta' Kenneth Zammit Tabona, din l-14-il edizzjoni laqgħet firxa b'saħħitha ta' artisti u ensembles internazzjonali u lokali. Il-kunċerti li saru f'postijiet ikoniċi bħall-Konkatidral ta' San Ġwann u t-Teatru Manoel b'swali mimlija tul il-festival kollu.

Il-programm inkluda xogħlijiet vokali u strumentali fuq skala kbira, kif ukoll l-opra Barokka Pelopida, xogħol ta' Girolamo Abos li ġie skopert riċentament u mtella' għall-ewwel darba f'din l-edizzjoni tal-festival, li kienet fost l-avvenimenti ewlenin din is-sena. Barra minn hekk, il-festival laqa' ismijiet kbar fix-xena tal-mużika klassika u Barokka, fosthom Carmine Lauri, Charlie Siem, Niklas Liepe, u t-Tenebrae Choir, fost oħrajn.

Il-Valletta Baroque Festival huwa organizzat minn Festivals Malta f'kollaborazzjoni mat-Teatru Manoel, bl-appoġġ ta' Visit Malta u l-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, u megħjun minn Schweppes.

Għal aktar informazzjoni fuq il-festival u avvenimenti oħra organizzati minn Festivals Malta, żur www.festivals.mt.

Ritratti: MCLG

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI: Suċċess kbir għall-Valletta Baroque Festival 2026
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow