AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF), l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin t' alkalojdi tal-pirroliżidina.
L-alkalojdi tal-pirroliżidina jiffurmaw parti minn grupp ta' tossini naturali li jiġu sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti bħala difiża naturali kontra l-insetti u l-erbivori. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali. (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017).
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Trab tal-Kemmun |
| Isem fuq it-tikketta: | Jeera Powder (Cumin Powder) |
| Piż: | 100g, 400g |
| Data tad-durabbilità: | 15/05/2027 |
| Ditta: | Ali Baba |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN