Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

pr260112
Date Icon 23/01/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF), l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin t' alkalojdi tal-pirroliżidina.

L-alkalojdi tal-pirroliżidina jiffurmaw parti minn grupp ta' tossini naturali li jiġu sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti bħala difiża naturali kontra l-insetti u l-erbivori. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali. (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017).

Deskrizzjoni tal-prodott:Trab tal-Kemmun
Isem fuq it-tikketta:Jeera Powder (Cumin Powder)
Piż:100g, 400g
Data tad-durabbilità:15/05/2027
Ditta:Apna Baba

Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub li jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow