STQARRIJA MILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ: Dikjarazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament ta' Malta
PR260107
23/01/2026
Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, wara li segwa dak li seħħ ġewwa l-Iran fil-ġimgħat li għaddew, qiegħed jirrisolvi li jikkundanna bla ebda riserva l-oppressjoni u l-qtil ta' eluf ta' ċittadini Iranjani. Qiegħed ukoll jesprimi solidarjetà mal-poplu Iranjan, li għandu d-dritt li jkollu aspirazzjonijiet li jgħix fil-paċi, fid-demokrazija, fil-libertà u b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Il-Kumitat qiegħed juri wkoll it-tħassib tiegħu għal din is-sitwazzjoni li tista' twassal għal eskalazzjoni ta' tensjonijiet fir-reġjun.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN