Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR260103
Date Icon 23/01/2026

Il-President ta’ Malta tgħarraf li:

Wara li fis-7 ta’ Novembru 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, ai termini ta’ Artikolu 96 B (1) u Artikolu 100 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, għal ħatra ta’ tlett Maġistrati ġodda, li l-applikazzjonijiet għaliha kienu jagħlqu fit-28 ta’ Novembru 2025, fis-6 ta’ Jannar 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta datat ukoll is-6 ta’ Jannar 2026 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret fit-22 ta’ Diċembru 2025 fejn ġew evalwati dsatax (19)-il espressjoni ta’ interess għal ħatra ta’ tlett Maġistrati.

Dan ir-Rapport poġġa għall-kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta’ tlett kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idoneji u minn dawn it-tlett ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta il-President jagħżel wieħed.

It-tlett ismijiet imressqa f’ordni alfabetiku kienu ta’:

1. Giordmaina Franca

2. Valentino Patrick, u

3. Zammit Claudio

Minn dawn it-tlett ismijiet jiena għażilt dak ta’ Valentino Patrick.

Fid-9 ta’ Jannar 2026 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta’: Valentino Patrick

Sussegwentament nhar il-ħmistax ta’ Jannar 2026 is-Segretarju tal-Kumitat ippreżentali it-tieni Rapport dettaljat naxxenti ukoll dan ir-Rapport minn seduta tat-22 ta’ Diċembru 2025 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta ta’ tlett kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idoneji u meritevoli.

L-ismijiet f’ordni alfabetiku kienu dawn:

1. Caruana Debrincat Natallino

2. Giordmaina Franca, u

3. Zammit Claudio

L-għażla minn dawn it-tliet ismijiet skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta hija ta’: Zammit Claudio

Fid-dsatax ta’ Jannar 2026 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta’ Zammit Claudio.

Sussegwentament nhar il-21 ta’ Jannar 2026 is-Segretarju tal-Kumitat ippreżentali it-tielet Rapport dettaljat datat 20 ta’ Jannar 2026, naxxenti ukoll dan ir-Rapport minn seduta tat-22 ta’ Diċembru 2025 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta ta’ tlett kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idoneji u meritevoli.

L-ismijiet f’ordni alfabetiku kienu dawn:

1.       Caruana Debrincat Natallino

2.       Giordmaina Franca, u

3.       Pace Grima Daniela.

Minn dawn it-tliet ismijiet jien għażilt dak ta’ Giordmaina Franca.

Billi skont l-Artikolu 100 (1) tal-Kostituzzjoni l-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, f’ordni alfabetiku lis-segwenti persuni sabiex iservu ta’ Maġistrati tal-Qrati Inferjuri:

                                           Giordmaina Franca

                                           Valentino Patrick

                                           Zammit Claudio

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idoneji u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu pubblikati huma dawk li jidhru aktar il fuq f’din l-istqarrija.

B’dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta’ tlett Maġistrati skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fis-7  ta’ Novembru 2025 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Ġudikanti Maġistrati ġodda u tirringrazzja lil membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow