Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Jitnieda r-Reġistru tal-Prezzijiet tal-Proprjetà fuq inizjattiva ta’ Property Malta

PR260101
Date Icon 22/01/2026

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard f’diskors matul it-tnedija u l-preżentazzjoni tar-Reġistru tal-Prezzijiet tal-Proprjetà (Property Price Registry) faħħar din l-inizjattiva meħuda mill-Fondazzjoni Property Malta, li mistennija ssaħħaħ it-trasparenza u l-fiduċja fis-suq tal-proprjetà f’Malta u Għawdex.

Il-Ministru Attard beda biex jgħid li s-suq tal-proprjetà mhuwiex biss suq ekonomiku, iżda wkoll realtà soċjali li tolqot direttament il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari dawk li qed jidħlu fis-suq għall-ewwel darba. 

Waqt li l-operaturi bħall-aġenti, il-banek, l-entitajiet u l-kumpaniji jistgħu jabbonaw għas-servizz, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, inkluż dawk li huma first-time buyers, li jkollhom bżonn informazzjoni mill-Property Price Register fuq proprjetà li jkunu qed ifittxu, se jkunu jistgħu jitolbu din l-informazzjoni mingħajr ħlas lill-Property Malta.

Dan ir-reġistru, żviluppat minn Property Malta fuq pjattaforma mibnija minn PwC Malta, jipprovdi parametri ta’ prezzijiet verifikati tal-proprjetajiet residenzjali u kuntrattwali, ibbażata fuq kuntratti rreġistrati sa mill-2018 u mhux valuri spekulattivi jew reklamati.  

Permezz ta’ għodod analitiċi avvanzati, mapep ġeospazjali u dashboards interattivi, din il-pjattaforma se tnaqqas b’mod sinifikanti l-iżbilanċ fl-informazzjoni u tippermetti deċiżjonijiet aktar infurmati minn banek, professjonisti, dawk li jfasslu l-politika u ċ-ċittadini.

Il-Ministru Attard qal ukoll li r-Reġistru tal-Prezzijiet tal-Proprjetà jikkumplimenta r-riformi strutturali li qed iwettaq il-Gvern fis-settur, fosthom it-twaqqif tal-Aġenzija tas-Suq tal-Proprjetà bħala regolatur ġdid tal-intermedjarji, kif ukoll it-tisħiħ tal-liċenzjar, l-infurzar u l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni.

“Din l-inizjattiva ta’ Property Malta tingħaqad ma’ sensiela sħiħa ta’ inizjattivi u riformi oħrajn li qed nimplimentaw fis-settur tal-kostruzzjoni intiżi li jżidu l-istandards u jsaħħu l-fiduċja. B’mod aktar wiesa’ bħat-tisħiħ tal-liċenzjar, il-ħiliet, l-obbligi tas-sigurtà, il-mekkaniżmi ta’ infurzar, u l-prinċipji tas-sostenibbiltà”, temm jgħid Dr Attard filwaqt li rringrazzja lil Property Malta, lil PwC Malta u lill-partijiet kollha involuti għal din l-inizjattiva.

Din il-konferenza kienet indirizzata wkoll miċ-Chairman ta’ Property Malta Sandro Chetcuti u ngħatat ukoll preżentazzjoni mid-Direttur ta’ PwC Angelique Spina. Fost l-imsieħba fis-settur kien hemm preżenti rappreżentanti mill-Malta Development Association u entitajiet regolatorji, fosthom Property Market Agency.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Jitnieda r-Reġistru tal-Prezzijiet tal-Proprjetà fuq inizjattiva ta’ Property Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Jitnieda r-Reġistru tal-Prezzijiet tal-Proprjetà fuq inizjattiva ta’ Property Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow