Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr260092
Date Icon 22/01/2026


Appoġġ finanzjarju ġdid għal 42 għaqda permezz tal-Iskema ta' Fondi għall-Għaqdiet Kulturali taż-Żgħażagħ parteċipi fil-Karnival 2026

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, b'kollaborazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ u Festivals Malta taw appoġġ finanzjarju ta' €160,000 lil 42 għaqda kulturali permezz tal-Iskema ġdida ta' Fondi għall-Għaqdiet Kulturali taż-Żgħażagħ parteċipi fil-Karnival 2026.

Din iċ-ċerimonja hi xhieda tal-impenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ fil-Karnival Malti, filwaqt li jippromwovi l-kreattività, l-identità kulturali u l-espressjoni artistika b'mod inklussiv u sostenibbli.

Il-fondi allokati permezz ta' din l-iskema qed jiġu mqassma fost l-għaqdiet benefiċjarji sabiex jiffaċilitaw il-produzzjoni ta' kostumi, żfin, mużika u elementi artistiċi oħra marbuta mal-Karnival 2026. Din l-għajnuna qed tippermetti lill-għaqdiet ikomplu jinvestu fil-kwalità, fl-innovazzjoni u fit-talent lokali.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici sostna li din l-iskema ġdida hija konferma ċara tal-valur li għandu l-Karnival bħala wieħed mill-espressjonijiet kulturali u komunitarji ewlenin. Il-Ministru Bonnici sostna li l-Karnival jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet, isaħħaħ l-identità Maltija u joħloq spazju fejn l-arti, it-tradizzjoni u l-innovazzjoni jiltaqgħu. Huwa rringrazzja lill-organizzaturi, lill-voluntiera u lill-artisti għall-ħidma bla heda tagħhom, u enfasizza l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-kultura.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti enfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw l-għodda u r-riżorsi biex ikomplu jinnovaw. Huwa tenna li, “Din iċ-ċerimonja tikkonferma l-fiduċja tagħna fiż-żgħażagħ u fil-kapaċità tagħhom li jwasslu ideat friski u viżjoni moderna fi tradizzjoni li ilha magħna għal ġenerazzjonijiet. L-appoġġ li qed jingħata llum huwa investiment fil-kreattività tagħhom, fl-identità kulturali tagħna u fil-futur tal-Karnival Malti."

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Għaqdiet Parteċipanti tal-Karnival, Clint Axisa rringrazzja lill-awtoritajiet għall-appoġġ kontinwu u rrikonoxxa l-ħidma tal-għaqdiet kollha involuti. “Il-Karnival huwa frott ta' ħidma kollettiva li ssir tul is-sena kollha minn voluntiera, artisti u żgħażagħ impenjati. Din l-iskema u ċ-ċerimonja tal-lum jagħtu spinta qawwija lill-għaqdiet biex ikomplu jtejbu l-livell artistiku u organizzattiv tagħhom, filwaqt li jżommu ħajja tradizzjoni li hi parti essenzjali mill-identità Maltija," qal is-Sur Axisa.

Permezz ta' din l-inizjattiva, il-Gvern ikompli jikkonferma l-impenn tiegħu li jsaħħaħ l-ekosistema kulturali tal-pajjiż, jappoġġja l-volontarjat u joħloq aktar opportunitajiet għal parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ f'avvenimenti kulturali nazzjonali ta' importanza kbira bħall-Karnival.

Ritratti (DOI/MCLG-MEYR_PS)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow