Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwaqqaf forum immirat biex jindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali

pr260084
Date Icon 21/01/2026

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, waqqaf Forum iffukat fuq il-Politika għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u Inklużjoni Soċjali. Forum li  mhuwiex sempliċiment ħolqien ta' struttura oħra, iżda dikjarazzjoni ċara tal-impenn tal-Gvern li jemmen f'politika li tkompli tissaħħaħ u tilqa' għal sfidi marbuta mar-realtajiet soċjali li kontinwament jinbidlu.

Dan il-Forum ser ikun qed jaħdem b'mod awtonomu mill-Gvern, sabiex jingħataw pariri indipendenti bħala sinjal ta' governanza responsabbli u matura.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon matul l-ewwel laqgħa li preżenti għalija kien hemm rappreżentanti minn trade unions, min jimpjega, akkademiċi, is-soċjetà ċivili, diversi organizzazzjonijiet u entitajiet, u esperti f'din il-politika, fost oħrajn.

“Din id-diversità ma seħħitx b'kumbinazzjoni, iżda hija riflessjoni ċara li politika soċjali effettiva, teħtieġ koordinazzjoni olistika bejn diversi entitajiet u professjonisti. Huwa biss permezz ta' firxa wiesgħa ta' perspettivi li nistgħu nifhmu bis-sħiħ dawn l-intersezzjonijiet u nirreaġixxu b'mod sinifikanti," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-faqar u l-esklużjoni soċjali għalina jibqgħu realtajiet anki jekk fl-aħħar snin indirizzajna ħafna. Dan għaliex dawn ir-realtajiet jevolvu flimkien ma' bidliet ekonomiċi, bidliet demografiċi, trasformazzjonijiet fis-suq tax-xogħol u sfidi soċjali ġodda. Din l-inizjattiva twettaq ukoll impenn ċar li sar fil-Manifest Elettorali tal-Gvern, sabiex it-tfassil tal-politika jkun bbażat dejjem aktar fuq l-evidenza u l-inklużjoni soċjali fil-qalba tal-iżvilupp tal-politika nazzjonali.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Mark Musu qal kif dan il-Forum ser ikun qed jiffoka l-aktar fuq temi bħall-faqar fost it-tfal, id-diżabilità, l-appoġġ għall-familja, il-kooperattivi soċjali u l-adegwatezza tal-pensjonijiet, fost oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwaqqaf forum immirat biex jindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imwaqqaf forum immirat biex jindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow