Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Mellieħa

PR260071
Date Icon 19/01/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar il-proġett il-ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali fil-Mellieħa. Dan il-proġett se jipprovdi tmien units residenzjali moderni b'żewġ appartamenti fuq kull sular, iddisinjati apposta biex joffru spazju komdu u aċċessibbli.

Il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta' investimenti li l-Awtorità tad-Djar qed twettaq b'kollaborazzjoni mal-Housing Projects Solutions Ltd (HPS). L-investiment totali għal dan il-proġett jammonta għal madwar €850,000, li jirrifletti impenn ċar biex jinħolqu residenzi moderni u sostenibbli fi ħdan il-komunità tal-Mellieħa.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li dan huwa wieħed minn bosta proġetti li qegħdin isiru madwar il-pajjiż sabiex il-komunitajiet jibbenefikaw minn residenzi moderni, aċċessibbli u affordabbli, filwaqt li l-Gvern ikompli jsaħħaħ ix-xogħol tiegħu favur l-inklużjoni soċjali u l-benesseri tal-poplu.

“Dan il-proġett fil-Mellieħa juri b'mod ċar l-impenn tagħna li nkomplu noffru residenzi siguri u ta' kwalità lill-familji Maltin u Għawdxin. Kommessi li nkomplu ninvestu f'akkomodazzjoni li tirrispetta d-dinjità tan-nies u tipprovdi stabbiltà lil familji," temm jgħid il-Ministru Galdes.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Mellieħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Mellieħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Mellieħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow