Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitqassmu aktar minn €1.7 miljun f’għajnuna finanzjarja fis-settur sportiv

pr260067
Date Icon 17/01/2026

F’għeluq il-Konferenza ta’ SportMalta ‘Celebrating Sport in Malta’, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qassam aktar minn €1.7 miljun (€1,786,993) lill-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi bħala għajnuna mill-Gvern permezz ta’ SportMalta biex l-atleti u sportivi jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet u impenji internazzjonali.

L-għajnuna finanzjarja hija maqsuma f’żewġ skemi ta’ SportMalta: Skema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali u Skema tat-Turiżmu Sportiv, li tinkludi skema ta’ Ġenerazzjoni ta’ Lejl f’lukandi, u Skema ta’ Promozzjoni ta’ Malta fuq il-Mappa. Permezz ta’ din l-għajnuna finanzjarja se jgawdu 112-il għaqda u assoċjazzjoni sportiva. Kwart ta’ miljun qed jingħata wkoll lil atleti u organizzazzjonijiet paralimpiċi bħala għajnuna fosthom taħriġ u xiri ta’ apparat speċjalizzat.

“Il-Gvern jibqa’ kommess li jkabbar is-settur sportiv b’ħidma li twassal biex l-assoċjazzjonijiet u l-għaqdiet sportivi jkomplu jkunu proattivi u filwaqt li jżidu l-inizjattivi biex jiġġeneraw dħul, imma wkoll biex l-atleti u l-isportivi jkunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina sportiva tagħhom f’fora internazzjonali, filwaqt li jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-miri li jkunu qed jaħdmu għalihom,” qal il-Ministru Clifton Grima qabel ma qassam din l-għajnuna finanzjarja.

Permezz ta’ din l-assistenza finanzjarja minn SportMalta, l-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi jkunu f’pożizzjoni aħjar biex l-atleti u sportivi fid-diversi dixxiplini sportivi li jirrappreżentaw, ikunu jistgħu jieħdu sehem kif ukoll jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi internazzjonali. “Dan kollu ma jkunx possibbli mingħajr l-għajnuna li jagħti l-Gvern li jikkommetti ammont ta’ flus kull sena biex jingħataw dawn l-assistenzi,” qal il-Ministru Grima.

Huwa semma kif il-Gvern huwa kommess li jkompli jżid it-turiżmu sportiv lejn Malta, filwaqt li ħeġġeġ lill-għaqdiet sportivi biex ikomplu jorganizzaw avvenimenti internazzjonali ħalli anki permezz tal-isport inkunu pilastru ewlieni fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ investiment f’Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li l-entità għandha diversi inizjattivi u skemi li permezz tagħhom dan is-settur qed jingħata għajnuna u enfasizza li din il-ħidma se tkompli titkattar fis-snin li ġejjin. Din hija għajnuna biex kemm l-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi u wkoll l-atleti fuq livell personali jkomplu jagħmlu progress u jiksbu r-riżultati mistennija.

Fil-messaġġ li għalaq il-konferenza ‘Celebrating Sport in Malta’, il-Ministru Clifton Grima faħħar l-andament tad-diversi diskussjonijiet li kien hemm. “Inkomplu nħarsu ’l quddiem, ħalli dak li qed niksbu flimkien, insaħħuħ u nkomplu nibnu fuqu, għall-benefiċċju ta’ dan is-settur, tal-atleti u sportivi u ta’ pajjiżna”, kkonkluda l-Ministru Clifton Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitqassmu aktar minn €1.7 miljun f’għajnuna finanzjarja fis-settur sportiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitqassmu aktar minn €1.7 miljun f’għajnuna finanzjarja fis-settur sportiv
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow