Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE)

PR260066
Date Icon 17/01/2026

Malta uffiċjalment assumiet il-Presidenza tal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE), u mmarkat tragward storiku għall-professjoni notarili Maltija u r-rwol tagħha fi ħdan il-qafas legali tal-Ewropa. Din it-tranżizzjoni mil-Lussemburgu għal Malta mhix sempliċiment okkażjoni ta’ ċerimonja iżda konferma ta’ rikonoxximent b’saħħtu tal-kredibbilità, il-professjonaliżmu, u l-impenn Ewropew tan-nutara Maltin.

Waqt l-indirizz tal-ftuħ tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard enfasizza li n-Nutarjat Malti, wieħed mill-eqdem fl-Ewropa b’għeruq li jmorru lura għas-seklu 15, ilu definit b’ċertezza, imparzjalità, u indipendenza. Dawn il-kwalitajiet jiżguraw is-sigurtà legali u l-fiduċja kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għas-soċjetà. Hekk kif Malta tassumi dan ir-rwol ta’ tmexxija, l-enfasi se tkun fuq l-immodernizzar, l-effiċjenza, u t-trasparenza, filwaqt li jiġi żgurat li l-professjoni tibqa’ waħda reżiljenti u rilevanti f’xenarju legali li qed jevolvi b’mod rapidu.

L-attività kienet indirizzata wkoll mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President tar-Repubblika ta’ Malta, hi stess nutar bi professjoni, fejn enfasizzat l-istima għall-prattika ta’ din il-professjoni fil-pajjiż. Il-Presidenza tas-CNUE toffri lil Malta opportunità li tikkontribwixxi b’mod attiv fit-tfassil tal-politika Ewropea, fin-negozjati, u fit-tfassil tal-futur legali tal-Ewropa. Il-prijoritajiet għat-terminu jinkludu t-tħaddin tal-innovazzjoni teknoloġika, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji, u l-appoġġ ta’ inizjattivi li jissimplifikaw il-proċeduri għaċ-ċittadini u n-negozji.

Din is-sena timmarka wkoll tragward għall-Kunsill Notarili ta’ Malta issa mmexxi għall-ewwel darba minn President mara, in-Nutar Dr Graziella Agius Farrugia u n-Nutar Dr Maronia Fenech fil-kariga ta’ Viċi President, tirrifletti l-progress u l-inklussività fi ħdan il-professjoni.

Hekk kif pajjiżna jassumi din il-Presidenza, jafferma mill-ġdid l-impenn tagħna favur il-Ġustizzja, iċ-ċertezza legali, u l-għaqda Ewropea. Dr Attard temm billi awgura lin-Nutar Dr Roland Wadge kull suċċess fit-tmexxija ta’ din il-Presidenza u fit-twettiq tal-prijoritajiet tagħha, filwaqt li esprima fiduċja li dan it-terminu se jkun immarkat minn tisħiħ tal-progress, l-innovazzjoni, u l-kooperazzjoni madwar l-Ewropa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow