Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tniedi politiki reġjonali sabiex issaħħaħ il-ħidma tagħha fl-Afrika Sub-Saħarjana, fl-Asja u fl-Oċeanja

PR260054
Date Icon 16/01/2026

Wara t-tnedija tal-politika reġjonali tagħha għall-Golf fl-2025, Malta qed taħdem biex tkompli ssaħħaħ l-impenn ekonomiku u soċjokulturali tagħha madwar id-dinja permezz ta' politiki reġjonali ġodda għar-reġjun tal-Afrika Sub-Saħarjana, kif ukoll għall-Asja u l-Oċeanja.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, ħabbar dawn il-politiki reġjonali l-Ħamis filgħaxija, waqt l-avveniment annwali tal-awguri tas-Sena l-Ġdida għall-Ambaxxaturi u l-Kummissarji Għoljin. Il-politika ta' Malta għall-Golf, li tnediet f'Diċembru, qed tikkonsolida d-djalogu politiku, il-kooperazzjoni ekonomika u r-rabtiet soċjokulturali ta' Malta f'dan ir-reġjun. Bl-istess mod, il-politiki l-ġodda ppjanati għall-2026 jirriflettu l-ambizzjoni ta' Malta li tkompli tespandi l-irwol tagħha bħala msieħeb affidabbli u pożittiv fl-Afrika, fl-Asja u fl-Oċeanja wkoll.

Dr Borg spjega li fi żminijiet ta' instabbiltà dejjem tikber, id-djalogu u l-kooperazzjoni mill-qrib jibqgħu indispensabbli. “Il-kunflitt u t-tbatija umana madwarna u madwar id-dinja, ikomplu jsaħħu t-twemmin ta' Malta li l-multilateraliżmu u l-liġi internazzjonali huma meħtieġa aktar minn qatt qabel," hu qal, filwaqt li saħaq dwar il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-protezzjoni taċ-ċivili, u li tiġi żgurata l-kontabilità.

Fl-2025, Malta kompliet ukoll l-impenn tagħha lejn il-kooperazzjoni bilaterali. “Il-fiduċja mibnija permezz tal-kollaborazzjoni tagħna f'fora internazzjonali f'dawn l-aħħar snin ippermettietilna nfasslu sħubijiet ġodda, insaħħu l-konsultazzjonijiet politiċi u nidentifikaw oqsma ġodda ta' kooperazzjoni ma' bosta pajjiżi oħrajn," qal id-Deputat Prim Ministru.

Dr Borg tkellem ukoll dwar l-aspirazzjoni li l-Mediterran ikun baħar ta' paċi, stabbiltà u prosperità. “Permezz tal-Patt tal-Mediterran u strutturi oħra ta' kooperazzjoni reġjonali, qed inkomplu ninsistu għal soluzzjonijiet konġunti għall-isfidi komuni tagħna - mis-sigurtà u l-impatti klimatiċi sal-inklużjoni ekonomika u l-konnettività," hu stqarr.

“Hekk kif inħarsu 'l quddiem lejn l-2026, nittama li s-sisien sodi li waqqafna flimkien ikomplu jiggwidaw il-vjaġġ komuni tagħna - billi nsaħħu l-kooperazzjoni multilaterali u s-sħubijiet bilaterali, fl-interess tal-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità tal-popli tagħna," temm jgħid Dr Borg.

Is-serata kienet indirizzata wkoll minn Mons. Savio Hon Tai-Fai, in-Nunzju Appostoliku f'Malta, bħala d-Dekan tal-Korp Diplomatiku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tniedi politiki reġjonali sabiex issaħħaħ il-ħidma tagħha fl-Afrika Sub-Saħarjana, fl-Asja u fl-Oċeanja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tniedi politiki reġjonali sabiex issaħħaħ il-ħidma tagħha fl-Afrika Sub-Saħarjana, fl-Asja u fl-Oċeanja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tniedi politiki reġjonali sabiex issaħħaħ il-ħidma tagħha fl-Afrika Sub-Saħarjana, fl-Asja u fl-Oċeanja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow