Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-Gvern impenjat li jkompli jinvesti fil-familji u fil-ġenituri permezz ta’ aktar servizzi u għodod ta’ sostenn

PR260050
Date Icon 15/01/2026

F'konferenza tal-aħbarijiet ġie ppreżentat studju lokali li evalwa l-impatt li ħallew il-kampanji marbuta ma' inizjattivi ta' trobbija pożittiva.

Dan l-istudju kejjel b'mod xjentifiku l-impatt li jħallu kampanji nazzjonali rigward trobbija pożittiva fuq il-ġenituri u l-familji. Id-dettalji dwar dan l-istudju, li anke ġie ppubblikat fil-ġurnal akkademiku internazzjonali Global Health Promotion, ġew ippreżentati mill-Prof. Vincent Marmarà.

L-istudju analizza żewġ kampanji nazzjonali li għamlu Positive Parenting Malta li damu madwar erba' xhur il-waħda, bl-ewwel kampanja kienet immirata lejn ġenituri bi tfal żgħar, filwaqt li t-tieni kampanja ffukat fuq ġenituri ta' adolexxenti (13-19).

Il-Ministru Michael Falzon qal, “Dawn is-sejbiet ikomplu jsaħħu l-impenn tal-Gvern li jibqa' jinvesti fil-familji u fil-ġenituri, sabiex ikollhom aktar servizzi u għodod ta' sostenn fejn jistgħu jsibu l-għajnuna li għandhom bżonn f'waqtha. Se nkomplu naħdmu biex inressqu s-servizzi eqreb lejn in-nies u nsaħħu inizjattivi li jippromwovu relazzjonijiet pożittivi fil-familja."

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson ta' Positive Parenting Malta, Ruth-Rose Sciberras, qalet “Positive Parenting Malta ilha għal madwar dawn l-aħħar tmien snin taħdem biex ittejjeb it-trobbija f'Malta u se tkompli tagħmel dan billi tibqa' tibni fuq evidenza u esperjenzi reali tal-familji, biex kampanji futuri jkunu dejjem aktar prattiċi, viċin ir-realtà, u effettivi."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-Gvern impenjat li jkompli jinvesti fil-familji u fil-ġenituri permezz ta’ aktar servizzi u għodod ta’ sostenn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Il-Gvern impenjat li jkompli jinvesti fil-familji u fil-ġenituri permezz ta’ aktar servizzi u għodod ta’ sostenn
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow