Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rikonoxxut is-servizz ta’ 68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

PR260038
Date Icon 14/01/2026

•⁠ ⁠Matul iċ-ċelebrazzjoni ta' 25 sena tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew rikonoxxuti għal 25 sena jew 30 sena servizz għall-poplu Malti u Għawdxi. Dan f'ċerimonja li matulha ngħataw medalja għal servizz twil u effiċjenti.

Ċerimonja li ġiet ippreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li fid-diskors tiegħu sostna li okkażjonijiet bħal dawn jemmen fihom għaliex kull wieħed u waħda minn dawk rikonoxxuti taw jew għadhom qegħdin jagħtu ħajjithom għal ħaddieħor.

“Dawn il-vokazzjonijiet b'saħħithom u sbieħ, li jagħmlu s-soċjetà tagħna dejjem waħda aħjar. Għalhekk irridu niċċelebrawhom. Intom nies li mhux tatu ħajjitkom għal ġurnata, jew għal perjodu żgħir; imma għal 30 sena, 25 sena, dħaltu għax-xogħol kuljum ma tafux x'jista' jinqala', ma tafux liema ċirkostanzi se jsejħulkom. Imma dejjem lesti biex issalvaw u tipproteġu. Min-nirien kbar, għal nirien spissi fis-sajf, għal inċidenti koroh ħafna li jħallu vittmi u impatt fuqkom li tmorru fuq il-post tassistu, għal ċirkostanzi li jidhru inqas traġiċi, bħal meta ssalvaw xi annimal, imma li xorta jġibu magħhom ċerti perikli u nista' nibqa' nsemmi. Però ħa nagħżel biss eżempju wieħed; il-pandemija. Illum forsi ninsew, illum forsi narawha bogħod anke għax pajjiżna ħareġ minnha b'saħħa kbira. Li nista' ngħid hu li f'dik l-inċertezza, dort fuq dan id-dipartiment għall-għajnuna fuq diversi fronti u ma kienx hemm dubji mis-sehem tagħkom, anzi kien hemm biss impenn ċar li kulħadd jagħti sehmu fejn meħtieġ biex insalvaw kemm jista' jkun ħajjiet," sostna l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru, f'dan l-isfond, tenna wkoll iżda li ċ-ċerimonji biss mhux biżżejjed, u li kien għalhekk li dan il-Gvern dejjem ra li jinvesti f'dawn l-uffiċjali:

  • Mid-dritt li jissieħbu f'unjin.
  • Għall-ħamsa u għoxrin sena servizz.
  • Għall-ewwel ftehim settorjali.  
  • Ilbies protettiv aħjar. 
  • Iktar vetturi moderni u iktar teknoloġija. 
  • Ambjent aħjar fl-istazzjonijiet. 
  • Għal inċentivi b'saħħithom għal dawk li jservu iktar minn 25 sena. 
  • Għal investiment fir-riżorsa umana, biex għandna l-ikbar forza li qatt kellna fl-istorja. 

“Għamilna, qed nagħmlu u se nibqgħu nagħmlu inizjattivi b'saħħithom. Ftehimiet b'saħħithom. Għax nemmnu fikom. Għax napprezzaw ix-xogħol tagħkom. Għax jistħoqqilkom l-aqwa," temm jgħid il-Ministru Byron Camilleri.

Min-naħa tiegħu d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro, qal, “Kull Direttur li mexxa dan id-Dipartiment, kull uffiċjal li serva taħt il-bandiera tal-Protezzjoni Ċivili, żied ġebla ma' din l-istruttura. Xi wħud bnew il-kapaċità, oħrajn il-professjonalità, oħrajn il-fiduċja tal-pubbliku. Kien hemm oħrajn li sempliċiment kienu hemm, jum wara l-ieħor, lejl wara ieħor, u għamlu x-xogħol meta s-sitwazzjoni kienet iebsa, fis-skiet. Għalhekk meta ngħidu ħamsa u għoxrin sena tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, m'aħniex niċċelebraw anniversarju burokratiku. Qegħdin nonoraw ħamsa u għoxrin sena ta' dan id-dipartiment ta' nies jiġru lejn dak li kulħadd qed jaħrab minnu."

L-Erbgħa saret ukoll parata fi Pjazza San Ġorġ li ċċelebrat il-25 sena ta' servizz għall-poplu Malti u Għawdxi, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rikonoxxut is-servizz ta’ 68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rikonoxxut is-servizz ta’ 68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rikonoxxut is-servizz ta’ 68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Rikonoxxut is-servizz ta’ 68 membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow