STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
PR260035
14/01/2026
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq il-Kungress Marjan u Triq Santa Rita, Il-Marsa
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Jannar, 2026, u jidher ukoll fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi (address.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Latest Publications'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-9 ta' Jannar, 2026.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN