Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ktieb ġdid jixħet dawl fuq il-potenzjal ta’ Bormla għat-turiżmu sostenibbli

PR260027
Date Icon 10/01/2026

‘Bormla and its Tourism Potential’ huwa ktieb ġdid tal-Osservatorju dwar it-Turiżmu f’Malta, li juri s-sbuħija storika u kulturali ta’ Bormla, filwaqt li jitfa’ dawl fuq il-potenzjal kbir ta’ din il-belt għal esperjenzi turistiċi sostenibbli, b’valur miżjud.

Dan il-ktieb, mill-pinna tal-Professur Godfrey Baldacchino, l-Inġinier Paul R. Micallef u Dr John Vella, ġie mniedi mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, fil-Kunsill Lokali ta’ Bormla, nhar il-Ġimgħa waranofsinhar. Huwa l-aktar ktieb reċenti f’serje ta’ pubblikazzjonijiet mill-Osservatorju, fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), immirati biex jiggwidaw lill-operaturi ta’ din l-industrija lejn żvilupp turistiku aktar intelliġenti, reżiljenti u ta’ kwalità ogħla.

“Din il-pubblikazzjoni tifforma parti mill-impenn strateġiku tagħna biex napprezzaw, inħarsu u nseddqu n-narrattivi u l-kulturi uniċi tal-lokalitajiet u l-komunitajiet tagħna, hekk kif indaħħluhom fl-offerta turistika diversifikata tagħna, b’esperjenzi awtentiċi u memorabbli għal dawk li jżuruna. Ser inkomplu ngħinu lill-kunsilli lokali u msieħba oħrajn li għandhom sehem fl-iżvilupp ta’ inizjattivi turistiċi ta’ valur għoli bħal dawn,” qal Dr Borg.

It-tliet awturi, li kollha għandhom rabta ma’ Bormla, jidħlu f’diversi temi, fosthom għaliex Bormla jixirqilha tkun aktar magħrufa, ir-reliġjon u l-pellegrinaġġi f’din il-belt, in-niċeċ u l-monumenti fit-toroq tagħha, il-wirt militari u aspetti oħra kulturali, soċjali u industrijali. Il-ktieb jinkludi wkoll kapitlu bl-ideat tar-residenti dwar il-futur tat-turiżmu fil-lokalità, kif ukoll mappa, logħba tat-tfittxija għat-teżor, u rotot għal mixjiet li jgħinu lill-qarrejja jsiru aktar familjari mal-lokalità.

Is-Sindku ta’ Bormla, Marco Agius, innota li “din il-pubblikazzjoni hija mument importanti għal Bormla, hekk kif l-akkademiċi qed jirrikonoxxu l-potenzjal ta’ Bormla bħala destinazzjoni turistika. Dan ipoġġi aktar responsabbiltà fuq il-Kunsill biex naħdmu aktar sabiex inkomplu ngħollu ’l fuq dak kollu li toffri Bormla.”

Carlo Micallef, iċ-Chairperson tal-Osservatorju u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MTA, faħħar lill-Osservatorju għal din l-inizjattiva. “Pubblikazzjonijiet bħal dawn juru b’mod ċar li Malta għandha numru ta’ lokalitajiet mimlija potenzjal turistiku, bħal Bormla, li għandhom l-opportunità li jintegraw ruħhom fl-industrija b’mod sostenibbli,” qal Carlo Micallef.

Id-Deputat Kap Eżekuttiv tal-MTA u l-editur tas-serje ta’ pubblikazzjonijiet tal-Osservatorju, Leslie Vella, spjega li numru limitat ta’ kopji stampati ta’ ‘Bormla and its Tourism Potential’ ser jitqassmu lil libreriji u uffiċċji b’rabta diretta mas-suġġett. Il-ktieb, u pubblikazzjonijiet oħra f’din is-serje, jistgħu jitniżżlu wkoll mingħajr ħlas mis-sit elettroniku tal-Osservatorju: https://www.mtobservatory.org/reports-resources

Il-Membru Parlamentari Chris Agius, minn Bormla, l-Arċipriet ta’ Bormla l-Kanonku Anton Cassar, kunsilliera u mistednin distinti oħra mil-lokalità, kif ukoll membri tal-bord tal-Osservatorju u uffiċjali tal-MTA, ukoll ħadu sehem fit-tnedija tal-ktieb.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ktieb ġdid jixħet dawl fuq il-potenzjal ta’ Bormla għat-turiżmu sostenibbli
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ktieb ġdid jixħet dawl fuq il-potenzjal ta’ Bormla għat-turiżmu sostenibbli
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ktieb ġdid jixħet dawl fuq il-potenzjal ta’ Bormla għat-turiżmu sostenibbli
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ktieb ġdid jixħet dawl fuq il-potenzjal ta’ Bormla għat-turiżmu sostenibbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow