Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tissokta l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-midja soċjali

PR260022
Date Icon 09/01/2026

Wara li l-Gvern ħabbar it-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar riforma li għandha l-għan li tipproteġi lit-tfal u persuni vulnerabbli mill-ħsara li tista' ġġib magħha l-midja soċjali, ilbieraħ saret l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni. Għal-laqgħa kien hemm preżenti diversi entitajiet involuti fil-protezzjoni tat-tfal fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-kumitat tekniku li qiegħed ifassal din ir-riforma, fejn ħareġ kunsens wiesa' dwar il-ħtieġa ta' azzjonijiet konkreti biex tikber il-protezzjoni tat-tfal u ta' persuni vulnerabbli mill-perikli varji tal-midja soċjali.

Il-laqgħa tmexxiet mill-Ministru Michael Falzon u mis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg u ġew diskussi r-realtajiet soċjali li l-awtoritajiet jiffaċċjaw fix-xogħol tagħhom ta' kuljum u kif ir-riforma għandha tindirizza dawn il-każijiet billi toffri aktar għodda ta' protezzjoni.

Fil-laqgħa kien hemm qbil li din ir-riforma għandha issib bilanċ xieraq u m'għandhiex tnaqqas il-mezzi moderni ta' komunikazzjoni.

Il-Ministru Falzon qal li l-għan tar-riforma hu li jkun hemm protezzjoni akbar minn kontenut li jagħmel il-ħsara lil persuni vulnerabbli, b'żieda mal-protezzjoni legali li diġà hemm wara li l-Parlament illeġiżla biex ic-cyberbullying, c-cyberstalking u l-fake profiles ikunu kunsidrat bħala reat kriminali. “Kienet laqgħa fejn smajna lill-istakeholders fuq dan is-suġġett tant topiku fuq il-midja soċjali u l-konsegwenzi tiegħu. Bħalissa għaddejjin bil-konsultazzjoni sabiex imbagħad immorru għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet li nkunu kkonkludejna fuqhom. Din hija realtà li qiegħda quddiemna u bħala Gvern responsabbli għandna l-obbligu li naraw li pajjiżna jkollu sistemi li permezz tagħhom iħares l-interess tal-minuri online," temm jgħid il-Ministru Falzon.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg saħqet li, “Din ir-riforma hija kumplessa għaliex ma teżistix soluzzjoni waħda. Madankollu, bħala pajjiż konna nkunu qed indaħħlu rasna fir-ramel jekk ma nirrikonoxxux li hemm realtajiet li jeħtieġu ħafna ħsieb, li jeħtieġu analiżi u finalment jeħtieġu azzjonijiet. Bdejna s-sena bl-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika mal-ħaddiema tas-settur soċjali. Smajna dwar diversi każijiet u realtajiet ta' persuni li jkunu vittmi ta' abbuż. Għaldaqstant qed nieħu gost li qed immexxu 'l quddiem din ir-riforma ħalli naraw li bħala Malta, bħala pajjiż li jimpurtah mill-poplu tiegħu jieħu deċiżjonijiet li għandu bżonn jagħmel biex l-ispazju online ikun dejjem aktar sigur."

Il-kumitat tekniku li ser jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern, beda jilqa' s-sottomissjonijiet mill-pubbliku għal green paper  dwar ir-riforma tal-midja permezz tas-sit elettroniku publicconsultation.gov.mt. Din il-konsultazzjoni hija miftuħa sas-27 ta' Frar waqt li ser isiru żewġ laqgħat fil-komunità li fihom il-pubbliku huwa mistieden biex jgħid tiegħu x'jixtieq isir f'din ir-riforma.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tissokta l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-midja soċjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow