Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR260021
Date Icon 08/01/2026

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni hu infurmat li seħħ inċident bejn żewġ studenti f’istituzzjoni edukattiva f’Għawdex.

L-uffiċjali tal-iskola intervjenew immedjatament biex jassiguraw li s-sitwazzjoni kienet ikkontrollata u li s-sigurtà tal-istudenti kollha kienet imħarsa.

Is-saħħa u s-sigurtà tat-tfal u ż-żgħażagħ fl-ambjent edukattiv kienet, għadha u tibqa’ prijorità assoluta tal-Ministeru. Il-Pulizija qed tinvestiga sabiex tiddetermina ċ-ċirkostanzi tal-każ u sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-passi kollha neċċessarji.

F’dan il-kuntest, il-Ministeru jfakkar li f’Diċembru nħatar Advisory Board bl-għan li joffri rakkomandazzjonijiet strateġiċi u operazzjonali lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni rigward Qafas dwar kontroll tal-Imġiba, jassigura li kull implimentazzjoni tkun allinjata mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-istandards edukattivi u wkoll il-prinċipji ta’ benesseri tal-istudenti u l-edukaturi, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow