Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tieħu sehem fid-diskussjonijiet Ewropej dwar proposti tal-Kummissjoni Ewropea u tenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-biedja Maltija

PR260020
Date Icon 08/01/2026

F'Brussell, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo attenda u ħa sehem f'diskussjonijiet li matulhom il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat sensiela ta' proposti u inizjattivi li bħalissa qed jiġu diskussi fuq livell Ewropew.

Matul il-laqgħa, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet it-tnaqqis għal żero tal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ta' ċerti sustanzi perikolużi li jistgħu jinsabu fil-pestiċidi, pass li se jwassal għal projbizzjoni effettiva fuq l-importazzjoni ta' prodotti li fuqhom ikunu ġew użati dawn is-sustanzi perikolużi. Intqal ukoll li l-Kummissjoni hija impenjata li ssaħħaħ il-kontrolli fuq l-importazzjonijiet u tindirizza l-ispejjeż għoljin tal-fertilizzanti permezz ta' miżuri mmirati, inkluż sospensjoni temporanja ta' ċerti tariffi u l-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni dwar il-fertilizzanti.

Apparti dan, il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura rrefera wkoll għall-ittra li ntbagħtet mill-President tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Presidenza Ċiprijotta rigward ċertu proposti ġodda mmirati sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-futur. Dawn il-proposti jinkludu l-aċċess immedjat għal fondi li jammontaw għal madwar 45 biljun ewro, li diġà kienu allokati għall-PAK imma kienu marbutin mas-sottomissjoni ta' reviżjoni tal-Pjanijiet li għandu jsir aktar tard fil-perjodu li jmiss. Barra minn dan ikkonfermat l-allokazzjoni ta' 10% tar-riżorsi totali tal-Pjanijiet li għandhom jiġu mneffqa għal investimenti u proġetti ġewwa żoni rurali. Flimkien ma' dan il-Kummissjoni kkonfermat ukoll il-possibbiltà li jiġu allokati riżorsi speċifikament għal pagamenti lill-bdiewa bħala kumpens f'każ ta' kriżijiet u maltempati kbar.

Fil-kuntest ta' dawn id-diskussjonijiet, il-Ministru Anton Refalo qal, “Malta tirrikonoxxi l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-kompetittività globali, iżda fl-istess ħin tenfasizza li l-politiki jridu jqisu r-realtajiet nazzjonali. Il-Politika Agrikola Komuni tibqa' kruċjali għall-kompetittività tal-bdiewa tagħna, u għalhekk hemm bżonn li l-miżuri jkunu adattati għad-diversi kuntesti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-istrumenti ta' appoġġ għal kriżijiet ikunu aktar sempliċi u aċċessibbli, u li tingħata flessibbiltà adegwata lill-Pajjiżi sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tnaqqis fil-livell ta' għajnuna diretta meta mqabbel ma' dak li qed jingħata bħalissa, sabiex il-biedja Maltija u Għawdxija ma tkunx żvantaġġata."

Il-Ministru Refalo saħaq ukoll dwar il-ħtieġa ta' kontrolli u obbligi proporzjonati għall-azjendi żgħar, kif ukoll appoġġ aktar b'saħħtu għall-komunitajiet rurali permezz ta' tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi u regolatorji.

Il-Ministru rrimarka wkoll li Malta tħares b'attenzjoni lejn il-ftehimiet kummerċjali, u tenna l-importanza li jsiru valutazzjonijiet kontinwi tal-impatt tagħhom fuq l-agrikoltura Ewropea, sabiex jiġi żgurat li l-ebda settur ma jiġi affettwat b'mod sproporzjonat.

Il-Ministeru se jkompli jieħu sehem b'mod attiv fid-diskussjonijiet fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-bdiewa Maltin u Għawdxin ikunu riflessi fil-pożizzjonijiet finali li jiġu adottati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tieħu sehem fid-diskussjonijiet Ewropej dwar proposti tal-Kummissjoni Ewropea u tenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-biedja Maltija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tieħu sehem fid-diskussjonijiet Ewropej dwar proposti tal-Kummissjoni Ewropea u tenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-biedja Maltija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow