Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex jissaħħaħ il-grid nazzjonali u s-sigurtà tal-enerġija

PR260019
Date Icon 08/01/2026

Enemalta tniedi branding ġdid

Imniedi pjan nazzjonali ta' disa' snin li se jkompli jsaħħaħ u jimmodernizza s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f'Malta u Għawdex, b'investiment qawwi fl-infrastruttura, ċentri ġodda ta' distribuzzjoni u aktar konnessjonijiet biex tiżdied il-flessibbiltà u r-reżiljenza tal-grid nazzjonali.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, Miriam Dalli, u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava, fejn ġie ppreżentat il-pjan nazzjonali ta' 9 snin biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-enerġija f'pajjiżna.

Dan il-pjan jinkludi 12-il ċentru ġdid ta' distribuzzjoni, link ġdida ta' 132kV bejn Malta u Għawdex u proġetti speċifiċi għal Għawdex, filwaqt li s-sistema se tkun ippreparata għat-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fid-domanda fis-snin li ġejjin.

Matul l-istess konferenza tal-aħbarijiet, l-Enemalta ħabbret ukoll branding ġdid taħt il-messaġġ “Energy that moves you!", li tissottolinja l-irwol tagħha bħala entità li twettaq, twassal servizz essenzjali lill-pajjiż u telenka l-importanza tal-enerġija fil-ħajja tagħna ta' kuljum.

Fil-kummenti tagħha, il-Ministru Miriam Dalli enfasizzat li dan il-pjan huwa parti minn viżjoni usa' ta' Gvern li jaħseb fit-tul u jaġixxi minn issa.  “Dak li qed nitkellmu dwaru llum mhuwiex pjan fuq il-karta. Huwa pjan li qed jitwettaq. Wara s-sajf tal-2023 kellna għażla. Għażilna li nxammru l-kmiem. Aċċellerajna l-pjan, żidna l-investiment u wettaqna aktar xogħol f'inqas żmien. Illum qed naraw ir-riżultati u qed inħejju lil pajjiżna mhux biss għal-lum, iżda għar-realtajiet ta' ħames, għaxar snin oħra u aktar lil hinn minn hekk." Il-Ministru enfasizzat li dan qed isir filwaqt li l-familji u n-negozji komplew jibbenefikaw minn kontijiet tal-enerġija stabbli, kuntrarjament għal dak li seħħ f'ħafna pajjiżi oħra.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava, stqarr, “Permezz ta' programm ta' rinfurzar imwettaq f'fażijiet, Enemalta diġà għamlet passi sinifikanti biex ittejjeb l-affidabbiltà tan-network tal-elettriku f'Malta u Għawdex. Dawn l-investimenti huma kruċjali biex inkomplu ntejbu r-reżiljenza tan-network u niżguraw provvista tal-enerġija aktar stabbli u effiċjenti għall-familji u n-negozji. Permezz ta' dan il-Pjan ta' disa' snin, se tkompli tissaħħaħ is-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-enerġija u jħejjiha għall-isfidi tal-futur. Il-ħolqien tal-brand il-ġdid ta' Enemalta jirrifletti b'mod ċar id-direzzjoni strateġika li qed tieħu l-kumpanija: dik li tkompli tinvesti f'infrastruttura moderna, reżiljenti u sostenibbli li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pajjiż illum u tipprepara għall-futur."

Fl-aħħar sentejn, ġew investiti €90 miljun għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni. Barra minn hekk, ġew investiti €40 miljun oħra fiċ-ċentri ġodda tad-distribuzzjoni li se jitlestew sa nofs din is-sena.

Ix-xogħol fuq il-grid diġà qed jagħti riżultati konkreti. L-ewwel fażi tal-programm ta' tisħiħ wasslet għat-tlestija ta' 83 kilometru ta' cables ġodda ta' vultaġġ medju u titjib fin-netwerks ta' vultaġġ baxx, b'tnaqqis sinifikanti fil-ħinijiet ta' qtugħ. Fit-tieni fażi tpoġġew 63 kilometru ieħor ta' cables ġodda taħt l-art, iffukata fuq tisħiħ fil-kapaċità u r-reżiljenza f'lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex jissaħħaħ il-grid nazzjonali u s-sigurtà tal-enerġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex jissaħħaħ il-grid nazzjonali u s-sigurtà tal-enerġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Pjan nazzjonali ta’ 9 snin biex jissaħħaħ il-grid nazzjonali u s-sigurtà tal-enerġija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow