Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR260016
Date Icon 08/01/2026


B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa PR260010 ppubblikata fis-6 ta' Jannar 2026 u PR260013 ppubblikata fis-7 ta' Jannar 2026 u skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista' jkun fih traċċi ta' 'cereulide toxin'.

Il-possibilità tal-preżenza ta' 'cereulide' (tossina) tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.

'Cereulide' hija tossina prodotta minn tipi ta' 'Bacillus cereus'. 'Cereulide' hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x'aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta' ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista' twassal malajr għal sintomi ta' avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta' żaqq.

Deskrizzjoni tal- prodott:NAN Optipro 1pr260016a.png
pr260016b.png
Ditta:Nestle
Użin:800g
Lot:51560346AE
Data tad-durabbiltà:06-2027

Il-konsumat ur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30a.m. sas-2:30p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow