Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Maria Micallef tinħatar Chairperson tal-MCESD

pr260015
Date Icon 07/01/2026

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI

Maria Micallef tinħatar Chairperson tal-MCESD

Maria Micallef inħatret bħala Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). 

Maria Micallef hija persuna b’esperjenza kbira fis-settur privat, filwaqt li serviet ukoll fil-kariga ta’ Chairperson tal-Air Malta bejn l-2014 u l-2017. Fil preżent, hija sservi bħala Direttur fuq diversi kumpaniji fis-settur tal-manifattura, turiżmu, insurance, u financial services.

Is-Sinjura Micallef, li hija l-ewwel mara li qed tokkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-MCESD, hija gradwata fil-Kimika u l-Bioloġija u kisbet Masters fil-Management Strateġiku u Ġenerali mill-Maastricht School of Management. 

Waqt laqgħa mas-Sinjura Micallef, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul qal illi l-ħatra tagħha huwa pass ieħor favur it-tisħiħ tal-MCESD.

Dr Ellul fisser l-MCESD bħala kruċjali fit-twettiq tal-politiki tal-pajjiż u għalhekk qal li l-Gvern irid jaċċerta li jkompli dejjem jissaħħaħ bl-għodda kollha neċessarja. F’dan ir-rigward spjega kif fiż-żmien li ġej il-Gvern se jniedi l-Young Shapers Forum li se jagħti opportunità lil studenti tas-sekondarja jkunu parti mid-diskussjoni fi ħdan l-istess MCESD.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul temm jgħid li dan kollu jikkonferma kemm il-Gvern tassew jemmen fid-djalogu soċjali u fis-sehem taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna.

Fi tmiem il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul irringrazzja liċ-Chairman uxxenti l-Perit David Xuereb tax-xogħol sfiq li wettaq fit-tliet snin li għamel iservi f’din il-kariga.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Maria Micallef tinħatar Chairperson tal-MCESD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow