AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
B'referenza għall-Istqarrija PR260010 ppubblikata fis-6 ta' Jannar 2026, u skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodotti msemmija m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li jista' jkun fihom traċċi ta' 'cereulide toxin'.
Il-possibbilita' tal-preżenza ta' 'cereulide' (tossina) tagħmel dawn il-prodotti mhux sikuri biex jiġu kkunsmati.
'Cereulide' hija tossina prodotta minn tipi ta' 'Bacillus cereus'. 'Cereulide' hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x'aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta' ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista' twassal malajr għal sintomi ta' avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta' żaqq.
| Deskrizzjoni tal- prodott: | SMA Advanced 2 Follow-On Milk | |
| Ditta: | Nestle | |
| Użin: | 800g | |
| Lot: | 51890742F2 | |
| Data tad-durabbilità: | 08/07/2027 |


Il-konsumat ur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN