Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda konsultazzjoni pubblika fuq Qafas Legali dwar l-Assistenza Personali għal persuni b’diżabilità

PR260012
Date Icon 07/01/2026

Reġistru pubbliku li se jgħid min jista' jagħmel ix-xogħol t'Assistent Personali

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia ħabbret li l-Gvern qed iniedi konsultazzjoni pubblika fuq il-Qafas Legali dwar l-Assistenza Personali.

Din ir-riforma tikkumplimenta l-miżura tal-Budget dwar l-Assistenti Personali. Fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv dwar l-Assistenza Personali, saret konsultazzjoni ma' numru ta' imsieħba fosthom il-bord ENGAGE fi ħdan id-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità, l-Aġenzija Sapport, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni (CRPD), id-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità fi ħdan l-Università ta' Malta, il-Federazzjoni ta' Organizzazzjonijiet għal Persuni b'Diżabilità (MFOPD), u l-European Network on Independent Living (ENIL).

Dan għen biex Malta tikseb it-tieni post fir-rankings tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħajja Indipendenti maħruġa mill-European Network on Independent Living (ENIL), li ta pariri lill-Gvern dwar din ir-riforma. Ir-rapport tal-ENIL iddikjara li r-rankings ta' Malta jirriflettu “titjib riċenti jew bidliet fil-politika li r-rispondenti jħarsu lejhom bħala pożittivi," filwaqt li ta punteġġi għoljin lil inizjattivi nazzjonali dwar Assistenza Personali, Protezzjoni u Benefiċċji Soċjali u Akkomodazzjoni Aċċessibbli. L-Aġenzija Sapport ġiet ukoll nominata għall-European Social Service Awards tal-European Social Network (ESN) għal din il-kisba.


Il-Qafas Legali jikkonferma d-dritt għall-assistenza personali li jinsab fil-Konvenzjoni UNCRPD u jispjega li l-assistenza personali tista' tkun imħallsa jew volontarja. Ir-reġistrazzjoni qed tiġi obbligata bil-liġi, sabiex ikun hemm regoli li jżommu lill-assistenti personali responsabbli għax-xogħol tagħhom. Ta' min jinnota li parti kbira mill-pagament mħallas għax-xogħol ta' assistenza personali huwa sussidjat mill-Gvern, b'567 persuna jibbenefikaw fl-2025. Il-finanzjament mill-Gvern għal din l-inizjattiva kien ta' €3 miljun għall-2025, b'nefqa totali ta' €5.7 miljun li tkopri inizjattivi oħra għal għajxien indipendenti fil-komunità.


Ir-riforma, fost oħrajn, qed tipproponi l-ħolqien ta' reġistru għal min irid jaħdem ta' assistent personali u min jista' jagħmel dan ix-xogħol. It-talbiet għar-reġistrazzjoni pproċessati mid-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (DDI) għandhom jiżguraw li l-assistenti personali jkunu ta' kondotta tajba, u jkunu rċevew taħriġ. Ir-Reġistru se jkun disponibbli pubblikament, u jinkludi assoċjazzjonijiet ta' assistenti personali. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) se jkollha rwol ta' monitoraġġ fir-rigward tal-assistenti personali, li jippermettilha tibda investigazzjonijiet, u tagħmel referenza wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Pulizija.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “il-ħidma tagħna hija mibnija fuq il-valuri fundamentali tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Diżabilità. Viżjoni ċara u ambizzjuża li tqiegħed lill-persuna fiċ-ċentru ta' kull politika, kull servizz u kull deċiżjoni. Din mhijiex biss riforma amministrattiva, iżda bidla kulturali li tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni b'diżabilità għal awtonomija sħiħa, parteċipazzjoni attiva u rispett sħiħ tad-dinjità umana. Permezz ta' investiment kontinwu u sostenibbli f'għodod innovattivi bħall-assistenti personali u l-baġits personali, qed nibnu sistemi moderni li jsaħħu l-għażla, il-kontroll u l-libertà individwali. Dawn il-miżuri qed jippermettu lill-persuni b'diżabilità jfasslu ħajjithom skont il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom."

Il-partijiet interessati huma mħeġġa jaqsmu l-fehmiet tagħhom fuq is-sithttps://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2026/L-0001-2026.aspx, sal-Ġimgħa, 20 ta' Frar 2026.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda konsultazzjoni pubblika fuq Qafas Legali dwar l-Assistenza Personali għal persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda konsultazzjoni pubblika fuq Qafas Legali dwar l-Assistenza Personali għal persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titnieda konsultazzjoni pubblika fuq Qafas Legali dwar l-Assistenza Personali għal persuni b’diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow