Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 140,000 familja jibdew jibbenefikaw minn żidiet imħabbra fil-Budget 2026

PR260007
Date Icon 05/01/2026

€112-il miljun marru fil-bwiet tal-pensjonanti u benefiċċjarji oħra, bejn l-aħħar jiem tas-sena li għaddiet u l-ewwel jiem ta' din is-sena. Dawn il-benefiċċji  jinkludu ż-żidiet imħabbra fil-Budget 2026.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn spjega li b'kollox qed jibbenefikaw madwar 140,000 familji jew individwi, bil-maġġoranza ta' dawn il-persuni jkunu pensjonanti.

Spjega kif il-pensjonanti ħadu l-ewwel pagament għal din is-sena b'rati mtejjba, nhar is-Sibt li għadda, fejn madwar 78,700 pensjonanti tal-irtirar b'kollox irċevew €77miljun għall-ewwel 4 ġimgħat tas-sena, inkluż iż-żieda ta' €10 fil-ġimgħa fil-pensjoni. Fil-fatt, b'dawn l-aħħar żidiet, il-pensjonijiet żdiedu b'aktar minn €80 fil-ġimgħa fl-aħħar 13-il sena.

“L-inqas pensjoni li jieħu pensjonant illum hija ogħla minn dik l-ogħla pensjoni ta' tlettax il-sena ilu, fl-istess waqt li llum għandna inqas minn terz tan-nies jiddependu fuq l-assistenzi soċjali, u nefqa ħafna ikbar fuq benefiċċji soċjali li qed tasal għand in-nies," sostna l-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu tkellem dwar numru ta' benefiċċji oħra li ser ikunu tħallsu sal-aħħar ta' Mejju, ewlenija fosthom bdew jinħadmu l-aġġustamenti addizzjonali tar-romol, tal-pensjonanti tas-servizz u tas-ceiling tal-pensjoni għal min twieled qabel l-1962 u ż-żidiet addizzjonali.

Is-Segretarju Permanenti spjega wkoll kif il-pagamenti tal-aħħar jiem inkludew kważi 25,000 familja li qed jirċievu €4 miljun f'In-Work Benefit għall-aħħar 3 xhur tal-2025. Filwaqt li fil-bidu t'April se jirċievu ż-żieda ta' €75 kull wild.

Kompla jiġi spjegat li kważi 16,000 persuna oħra qed jirċievu €9.7 miljun f'benefiċċji diversi oħra għall-ewwel 4 ġimgħat tas-sena li jinkludu pensjonanti mhux kontributorji, allowance għal carers, assistenzi tad-diżabiltà u assistenzi soċjali oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 140,000 familja jibdew jibbenefikaw minn żidiet imħabbra fil-Budget 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 140,000 familja jibdew jibbenefikaw minn żidiet imħabbra fil-Budget 2026
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow