STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 48 għaqda volontarja jibbenefikaw minn skema ta’ €800,000
Għajnuna mill-Iskema VOPS għar-riallokazzjoni ta’ radju u faċilità ta’ podcast komunitarju Koppin
Wara kważi 20 sena ta’ xandir mir-radju komunitarju Koppin, Radju Leonardo 105.2FM issa mexa għal post ieħor fir-raħal grazzi primarjament għall-ħidma volontarja tal-membri tal-Għaqda Mużikali San Leonardu, Ħal Kirkop, u għajnuna finanzjarja ta’ €20,000 mill-Iskema għall-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS) għas-sena 2025. Skema mħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Permezz ta’ din l-iskema, matul is-sena 2025, ibbenefikaw 48 għaqda volontarja differenti, b’investiment totali ta’ €800,000.
L-inawgurazzjoni tal-post il-ġdid saret mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia. Hija ddeskrivet il-proġett bħala prova oħra ta’ kemm l-għaqdiet volontarji huma strumentali fil-ħajja komunitarja ta’ kuljum u kif jolqtu kull qasam tal-ħajja. Radju komunitarju li apparti t-twassil ta’ materjal informattiv dwar ħidmet l-Għaqda Mużikali San Leonardu jservi wkoll ta’ wens u kumpanija għal persuni li ċ-ċirkostanzi tal-ħajja ma jippermettulhomx jingħaqdu b’mod spiss u regolari mal-bqija tal-komunità.
Il-President tal-Għaqda Mużikali San Leonardu Louis Zammit, filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Farrugia għall-għajnuna finanzjarja mogħtija, spjega ħidmet l-istazzjon b’risq il-komunità Koppina. Spjega wkoll li r-riallokazzjoni tal-istazzjon kienet tfisser ukoll li ried isir kollox mill-ġdid f’dak li jirrigwarda infrastruttura biex issa l-istazzjon jista’ jkompli għaddej b’ħidmietu b’aktar faċilitajiet innovattivi u b’aktar kumdità. Il-proġett kien jikkonsisti primarjament minn bini ta’ studio mgħammar bl-aċċessorji relevanti kollha, inkluż għamara kumplimentarja.
Huwa temm jgħid li dak kollu li sar, apparti li jirrifletti sens qawwi ta’ volontarjat, se jkompli jinċentivahom għal aktar ħidma volontarja fi ħdan il-komunità Koppina.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN