Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu fi 17-il jum

PR252321
Date Icon 30/12/2025


Fil-lejl ta' bejn il-Ħadd 28 ta' Diċembru u t-Tnejn 29 ta' Diċembru 2025, grupp ta' 44 immigrant irregolari, li tniżżlu f'Malta wara li ġew salvati fit-12 ta' Diċembru 2025, bdew il-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta' oriġinu tagħhom f'operazzjoni mmexxija mill-Korp tal-Pulizija ta' Malta. Din l-operazzjoni segwiet operazzjoni oħra ta' ritorn ta' erba' persuni fil-jiem ta' qabel. B'hekk, fi żmien relattivament qasir, proprju fi 17-il jum, kienu rritornati lejn pajjiżhom 48 persuna li daħlu Malta irregolarment. 

Din l-iktar operazzjoni riċenti mhux biss kienet waħda kbira, iżda nħadmet ukoll fi żmien relattivament qasir hekk kif dawn l-immigranti irregolari kienu parti minn grupp ta' immigranti li ddaħħlu Malta fit-12 ta' Diċembru 2025 wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta' Malta. 

Ir-ritorn tagħhom fi żmien qasir kien possibbli permezz ta' koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Korp tal-Pulizija ta' Malta u diversi entitajiet u direttorati fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.

B'din l-aħħar operazzjoni, l-ekwivalenti ta' 81% tal-immigranti irregolari li waslu f'Malta matul l-2025 ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom. Dan fl-istess waqt li l-istess wasliet qed jibqgħu f'livelli mill-iktar baxxi, riżultat ta' politika ġusta u soda li jħaddem il-Gvern Malti, fejn id-deterrent u l-prevenzjoni huma ċentrali f'din il-ħidma. Fil-fatt, il-wasliet fl-aħħar ħames snin naqsu bi 93%, filwaqt li żdied ir-ritorn ta' persuni li ma jikkwalifikawx għall-ażil lejn il-pajjiż tal-oriġinu. 

Fil-fatt, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, innota li Malta tkompli timplimenta politika ta' migrazzjoni ġusta, li tiżgura li dawk li jistħoqqilhom il-protezzjoni bħala refuġjati jingħataw kull assistenza, filwaqt li dawk li jabbużaw mis-sistema u għalhekk m'għandhomx dritt li jibqgħu f'Malta, jintbagħtu lura lejn il-pajjiż tagħhom bl-iktar mod effettiv. Il-Ministru Camilleri żied li din l-operazzjoni fi żmien 17-il jum biss tibgħat messaġġ b'saħħtu li l-mudell tan-negozju tal-traffikanti tal-bnedmin qed jiġi attakkat għax qed jintbagħat messaġġ ċar li wieħed ma jaqbillux jipparteċipa f'dan il-mudell kriminali. Dan hu mudell li jirriskja l-ħajjiet bejn sema u ilma u kull darba li l-istat ikun qed jattakka dan il-mudell, ikun qed inaqqas ir-riskju li jintilfu l-ħajjiet bejn sema u ilma.

Fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Safi, waqt il-preparamenti ta' qabel it-titjira, il-Ministru Byron Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha għall-koordinazzjoni tagħhom. 

Ritratti (MHSE)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu fi 17-il jum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu fi 17-il jum
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow