Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Il-Ministeru jilqa’ żviluppi pożittivi fil-finanzjament u ristrutturar ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni mmexxija mis-settur privat minn Malita Investments p.l.c.

PR252318
Date Icon 27/12/2025

Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli jinnota l-istqarrija maħruġa minn Malita Investments p.l.c., skont ir-Regoli tas-Swieq Kapitali tal-Malta Financial Services Authority, li permezz tagħha ġie kkonfermat li l-kumpanija kisbet term sheet indikattiv ta’ finanzjament li jippermettilha tkompli u tlesti proġetti ta’ akkomodazzjoni mmexxija mis-settur privat.

Il-Ministeru jilqa’ b’sodisfazzjon kull żvilupp li jikkontribwixxi sabiex proġetti ta’ akkomodazzjoni jitwettqu u jitlestew, hekk kif dawn jibqgħu prijorità nazzjonali ewlenija sabiex jiġi żgurat aċċess għal djar xierqa għall-individwi u l-familji. Inizjattivi bħal dawn huma kruċjali biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u biex jinbnew komunitajiet sostenibbli fit-tul.

L-istqarrija tal-kumpanija tirreferi wkoll għal pjan ta’ ristrutturar li qed jitwettaq bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tal-proġetti. Il-Ministeru jinnota wkoll il-konferma li l-kumpanija tibqa’ solventi u sostnuta minn bażi ta’ kapital u assi b’saħħithom.

Filwaqt li dawn il-proġetti qed jiġu implimentati minn Malita, il-Ministeru jerġa’ jafferma l-impenn tiegħu li jkompli jrawwem ambjent li jħeġġeġ investiment responsabbli fis-settur tal-akkomodazzjoni, f’konformità mal-politika tal-Gvern u l-istrateġiji nazzjonali.

Il-Ministeru se jkompli jsegwi mill-qrib l-iżviluppi relatati ma’ dawn il-proġetti, fejn xieraq, u jħares ’il quddiem għal aktar aġġornamenti mill-kumpanija skont l-obbligi ta’ żvelar tagħha, b’fiduċja li l-passi li qed jittieħdu jwasslu għat-tlestija b’suċċess ta’ dawn l-proġetti għall-ġid tar-residenti tal-lum u ta’ għada.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow