Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA CMD se toffri servizz ta’ tindif f’toroq residenzjali f’5 lokalitajiet oħra

PR252301
Date Icon 20/12/2025

Ir-residenti ta’ ħames lokalitajiet oħra se jkunu qed jingħataw servizz mid-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni (CMD). 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield ħabbar illi d-Diviżjoni bdiet tagħti servizz fit-toroq residenzjali f’Tas-Sliema u San Ġiljan f’dawn il-jiem waqt illi fil-bidu tas-sena d-dieħla se jibda jingħata servizz fil-lokalitajiet taż-Żejtun, l-Mosta u Ħad-Dingli.

B’dawn il-ftehimiet ġodda mal-Kunsilli Lokali msemmija, is-CMD qed tintervjeni kuljum fit-toroq residenzjali ta’ 34 lokalità u timpatta direttament il-ħajja ta’ madwar 250,000 resident f’dawn il-lokalitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari Bedingfield qal illi diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi kienu ilhom għaddejjin għal bosta xhur dwar kif jista’ jibda jingħata dan is-servizz u li jinsab sodisfatt illi aktar Kunsilli Lokali qed juru fiduċja fit-taqsima li huwa politikament responsabbli minnha.  Glenn Bedingfield qal, “Id-deċiżjoni tal-Kunsilli Lokali tirrifletti d-deċiżjoni tan-nies fil-lokalitajiet rispettivi li l-għan tagħhom huwa li jtejjbu l-kwalita tal-ħajja. Is-CMD, qegħda f’pożizzjoni illi tagħti servizz effiċjenti għaliex temmen fl-ogħla livell ta’ kwalita tal-ħajja u taħdem biex ittejjibha”. Dan jista’ jsir għaliex is-CMD qed tinvesti f’aktar riżorsi u makkinarju billi l-ekonomija ta’ pajjiżna hija b’saħħitha biżżejjed biex isir tali investiment.

“Dawn il-ftehim huma xhieda ta’ kif, permezz ta’ ħidma konġunta mal-kunsilli lokali, nistgħu nwasslu soluzzjonijiet konkreti li jagħmlu differenza reali fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti. Se nkomplu ninvestu fir-riżorsi, fil-ppjanar u fit-teknoloġija biex ikollna lokalitajiet aktar nodfa, isbaħ u aktar sostenibbli. Wara kollox, ambjent nadif ifisser komunitajiet aktar b’saħħithom u kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Min-naħa tiegħu, d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni Ramon Deguara enfasizza l-impenn kontinwu tas-CMD biex pajjiżna jkun aktar nadif u ordnat. “L-għan hu li kull parti tal-pajjiż tirrifletti kultura ta’ rispett u responsabbiltà, fejn kull persuna tagħti sehmiha biex jinżamm ambjent li jkun ta’ ġieħ u kburija għal kulħadd, dawk li jgħixu hawn u anka dawk li jiġu jżuruna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA CMD se toffri servizz ta’ tindif f’toroq residenzjali f’5 lokalitajiet oħra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA CMD se toffri servizz ta’ tindif f’toroq residenzjali f’5 lokalitajiet oħra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow