Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR252282
Date Icon 17/12/2025

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi huwa magħmul minn materjal ta' plastik rPET, li ma' jistax jiġi użat fil-microwave.

Materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u li huma maħsuba għall-użu fil-microwave għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel, li jeħtieġu li dawn il-materjali jkunu adattati għall-kundizzjonijiet maħsuba għall-użu tagħhom, inkluż l-espożizzjoni għas-sħana.

Polimeru tal-polietilentereftalat (rPET) mhuwiex awtorizzat għall-użu f'platti u pożati tal-ikel maħsuba għall-użu fil-microwave, peress li s-sħana tal-microwave  tista' twassal għad-degradazzjoni tal-materjal u jżid il-possibbiltà ta' migrazzjoni ta' sustanzi fl-ikel, b'riskju potenzjali għas-sigurtà tal-ikel.

Prodott:Dinosauria
dinosaru.jpg

Ditta:Puckator
Kodiċi:5055071785450
Oriġini:Ċina
Prodott:Unicorn Magicunicorn.jpg

Ditta:Puckator

Kodiċi:

5055071785474
Oriġini:Ċina

Il-konsumatur m'għandux juża dan il-prodott.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow