Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Milied Tfuliti – attività li se tittella’ fin-Naxxar b’fondi minn skema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali

pr252277
Date Icon 17/12/2025

Nhar is-Sibt li ġej, 20 ta' Diċembru, fin-Naxxar se tittella' l-attività tal-Milied 'Milied Tfuliti',  ċelebrazzjoni għall-familji u residenti. L-attività ser tkun qed tittella' mill-16:00 'l quddiem, fi Pjazza Vittorja u Triq Santa Luċija.

Id-dettalji dwar l-attività tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u s-Sindku tan-Naxxar Chris Deguara, flimkien ma' membri oħra tal-kunsill. Intqal kif l-edizzjoni ta' din is-sena se tkun qed toffri suq tal-Milied akbar u aktar vibranti b'varjetà kbira ta' bankarelli ta' artiġjanat li jippromwovu l-arti lokali, kif ukoll attrazzjonijiet speċifikament għat-tfal u kif ukoll għall-adulti.

Element ewlieni ta' din l-attività ser ikun il-parteċipazzjoni tal-għaqdiet mhux governattivi fin-Naxxar, fosthom l-għaqdiet sportivi u dawk tal-baned, li se jkunu qed jorganizzaw wirjiet għal dan iż-żmien tas-sena. L-attività se tilħaq il-qofol tagħha permezz ta' kunċert li se jinkludi lil grupp The New Victorians, Versatile Brass Band u artisti oħrajn rinomati.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli sostniet kif din hi attività oħra minn sensiela ta' attivitajiet li qed isiru minn Kunsilli Lokali differenti madwar Malta u Għawdex. Spjegat li fl-aħħar snin, issaħħu l-attivitajiet fil-Belt Valletta, iżda wkoll kibru l-ammont ta' attivitajiet tal-Milied li qed jittellgħu mill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex, dan sabiex kulħadd ikollu aċċess għall-attivitajiet biex igawdu dan iż-żmien ta' festi.

“Permezz ta' fondi mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, qed naraw li kważi kull belt u raħal f'pajjiżna jkollu attività matul dawn iż-żminijiet. Ilkoll ngħixu bħala komunità u għalhekk bħala Gvern ħassejna li għandna nsaħħu l-ħajja komunitarja permezz ta' attivitajiet staġjonali. L-iskema tal-attivitajiet tal-Milied tkun waħda mistennija sew mill-Kunsilli Lokali, dan għaliex kull Kunsill ikun jista' joħroġ bl-attività oriġinali tiegħu u eventwalment jitlob il-finanzjament tagħha mid-Diviżjoni, u b'hekk inkunu qed innaqqsu l-piż finanzjarju minn fuq il-Kunsilli," qalet is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tan-Naxxar, Chris Deguara qal kif 'Milied Tfuliti' hi opportunità sabiex il-komunità tinġabar u tiċċelebra l-essenzjal tal-Milied permezz tat-tradizzjonijiet. Huwa rringrazzja lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali tal-appoġġ finanzjarju permezz tal-iskema għall-attivitajiet tal-Milied. Qal ukoll kif din l-attività qed tiġi organizzata flimkien ma' Visit Malta u għadd ta' entitajiet privati oħra.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Milied Tfuliti – attività li se tittella’ fin-Naxxar b’fondi minn skema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Milied Tfuliti – attività li se tittella’ fin-Naxxar b’fondi minn skema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow