Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapport mill-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2024

PR252266
Date Icon 16/12/2025

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta r-Rapport Annwali tal-Awditjar dwar il-Kontijiet Pubbliċi għas-sena 2024 lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia. Ir-Rapport jinkludi numru ta' osservazzjonijiet li rriżultaw minn verifiki fuq l-operat ta' numru ta' entitajiet fis-settur pubbliku. Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll analiżi tar-Rapport Finanzjarju tat-Teżor għas-sena 2024, kif ukoll ħarsa ġenerali tal-arretrati tad-dħul kif ġew mgħoddija lit-Teżor mill-ministeri, dipartimenti u entitajiet rispettivi.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika eżamina b'reqqa l-livell ta' konformità ta' diversi sorsi ta' dħul u ħruġ sabiex tkun analizzata sew l-osservanza tal-liġijiet u r-regolamenti relatati magħhom. Ir-Rapport jinkludi aktar minn 240 rakkomandazzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati bl-għan li tissaħħaħ il-governanza u jitjiebu l-prattiki fl-operat tal-Gvern.

Xi wħud min-nuqqasijiet ewlenin identifikati kienu dawn:

  • Kontrolli interni dgħajfa u verifiki insuffiċjenti
  • Nuqqas t'osservanza tar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku
  • Nuqqas ta' dokumentazzjoni formali li xxekkel il-proċess ta' verifika
  • Lakuni fil-proċeduri tal-operat

Dan ir-Rapport Annwali tal-Awditjar jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika:  nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow