Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati

pr252264
Date Icon 15/12/2025

“Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu,” temm l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, fid-diskors tal-ftuħ tal-wirja tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza li saret fil-Foyer tal-Parlament.

L-Ispeaker saħaq li din l-inizjattiva saret tradizzjoni li tirrifletti l-impenn kontinwu tal-Parlament favur il-ġid komuni u l-appoġġ lejn persuni li jeħtieġu kura u sostenn. Huwa rringrazzja lir-residenti tad-Dar tal-Providenza, kif ukoll lill-ħaddiema u l-voluntiera li jaħdmu b’dedikazzjoni sabiex kull persuna tingħata kura u dinjità. Farrugia sellem ukoll lil Father Martin Micallef għat-tmexxija u l-impenn tiegħu.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker fakkar li mill-ewwel darba li l-pitturi bdew jiġu esibiti fil-Parlament b’risq id-Dar tal-Providenza, diġà nġabru aktar minn kwart ta’ miljun ewro, xhieda tal-ġenerożità kontinwa tal-poplu Malti u Għawdxi. Huwa sostna li l-Parlament se jkompli jappoġġja inizjattivi ta’ solidarjetà u appella biex din il-ġenerożità tkompli wkoll fil-futur.

Intant, f’kelmtejn li għamel Fr Martin Micallef fakkar kif il-wirja tifforma parti mill-Festa ta’ Ġenerożità li d-Dar tal-Providenza torganizza kull sena fl-ewwel jum tas-sena, inizjattiva li tibqa’ essenzjali biex id-Dar tkun tista’ tkompli toffri servizzi residenzjali ta’ kwalità lil persuni b’diżabilità. Huwa rringrazzja lill-artisti Maltin u barranin li taw ix-xogħlijiet tagħhom b’xejn għal dan l-iskop, u sostna li dawn il-ġesti ta’ solidarjetà huma xhieda konkreta tal-impenn soċjali li għadu jikkaratterizza lis-soċjetà Maltija u Għawdxija.

Huwa fakkar ukoll li matul is-snin, permezz ta’ din l-esibizzjoni fil-Parlament u l-irkant relatat magħha, id-Dar tal-Providenza rnexxielha tiġbor fondi sostanzjali li jmorru direttament għas-servizzi offruti lir-residenti. Fr Martin stieden lill-pubbliku jżur il-wirja u jipparteċipa fl-irkant online, filwaqt li afferma mill-ġdid l-impenn tad-Dar li tkompli taħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u ssaħħaħ l-inklużjoni tagħhom fil-komunità.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Din mhijiex okkażjoni oħra fil-kalendarju. Din hija wegħda li tibqa’ tmiss il-qalb tagħna bħala poplu” – Speaker tal-Kamra tad-Deputati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow