AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Din l-Istqarrija tal-Istampa qed tiġi ppubblikata skont il-Kapitlu 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, skont l-irwol tal-Awtorità li tassigura trasparenza u għarfien pubbliku fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel.
Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258, l-Awtorità għas-Sigurtà u tal-Ikel tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar kwistjoni importanti rigward bajd li oriġina mill-Ukrajna u li qiegħed jinbiegħ lokalment.
L-Awtorità nediet investigazzjoni dwar bajd mill-Ukrajna għall-bejgħ. L-investigazzjoni żvelat li l-bajd immarkat bil-kodiċi tal-produttur 3-UA-101990 oriġina minn stabbiliment ġewwa l-Ukrajna approvat għall-esportazzjoni lejn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan il-bajd mixtri sad-data tal-pubblikazzjoni ta' din l-Istqarrija tal-Istampa, kien ittimbrat b'mod żbaljat b'data massima ta' durabbiltà li ma tirriflettix id-data ta' skadenza attwali tiegħu.
Id-data ta' skadenza korretta għall-bajd b'dan il-kodiċi hija s-17 ta' Diċembru 2025. Kwalunkwe data oħra stampata fuq il-bajd jew l-ippakkeġġjar tiegħu hija żbaljata.
Il-konsumaturi huma avżati biex ma jikkunsmawx bajd li jġorr dan il-kodiċi (3-UA-101990) wara s-17 ta' Diċembru 2025 u għandhom jiddisponu minnu b'mod sigur wara din id-data jew jirritornawh lill-bejjiegħ min fejn inxtara.
Spjegazzjoni tal-Kodiċi tal-Ittimbrar tal-Bajd.
Għall-għarfien tal-konsumatur, il-bajd kollu mibjugħ fl-UE jrid ikollu timbru li jipprovdi informazzjoni ewlenija:
- Metodu ta' trobbija tat-tiġieġ (l-ewwel numru): 0 – organiku , 1 – barra (free-range), 2 – fl-art (barn), 3 – fil-gaġeġ
- Pajjiż tal-oriġini (ittri) – eż., MT (Malta)
- Numru ta' identifikazzjoni tal-produttur – jidentifika r-razzett jew is-sit tal-produzzjoni speċifiku
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN