Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna

pr252252
Date Icon 14/12/2025

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem. Huwa ddeskriva din l-attività bħala esperjenza unika għaliex l-organizzaturi jirnexxilhom iżewġu l-elementi tradizzjonali mal-ispirtu tal-Milied, irrappreżentati fi presepju ħaj, imsejjes fuq kunċett Malti. Dan il-presepju ħaj, mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur, għal darb’oħra se joffri esperjenza mill-isbaħ tal-ikbar storja tal-umanità.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Illum il-ġurnata Betlehem f’Għajnsielem stabbilixxa ruħu bħala attività mistennija fil-kalendarju tal-Milied f’Għawdex. Din is-sena l-programm tal-‘Milied f’Għawdex’ qed jiġbor fih xejn inqas minn 165 attività għall-gosti ta’ kulħadd u bħala ministeru, minn sena għal sena nibqgħu kommessi li nagħtu s-sostenn tagħna sabiex jittellgħu attrazzjonijiet bħal dawn li jżommu ħajja l-kultura rikka tagħna.”

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, lill-voluntiera u lil kull min ta sehmu biex din l-edizzjoni tkun oħra ta’ suċċess, bħalma kienu l-edizzjonijiet preċedenti, li dejjem attiraw l-eluf u komplew jikkonfermaw li l-Għawdex hu l-għażla għall-familji f’dan il-perjodu festiv. 

Din l-attrazzjoni tibqa’ miftuħa sal-4 ta’ Jannar 2026 u għall-ħinijiet tal-animazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit https://eventsingozo.com/event/betlehem-fghajnsielem/2025-12-17/. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow