Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jittella' Joy to the World fin-Nadur, u tinxtegħel is-siġra tal-Milied f'Għajnsielem magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ bħala parti mill-programm 'Milied f'Għawdex'

PR252229
Date Icon 11/12/2025


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar l-attivitajiet li saru fin-Nadur waqt l-avveniment 'Joy to The World – Flimkien għal Milied Ferrieħi' fin-Nadur, programm sħiħ b'atmosfera festiva li rnexxielu jiġbed għadd ta' familji u tfal lejn dan ir-raħal u li jifforma parti mill-avveniment tal-'Milied f'Għawdex'.

“Għaddejjin bil-ħidma tagħna sabiex Għawdex nibqgħu nlibbsuh il-libsa tal-Milied u aktar minn hekk nagħmlu l-esperjenza għal dawk kollha li jżuruna waħda mill-aqwa. Fil-pjazza tan-Nadur apparti t-tiżjin tal-Milied wieħed jista' jżur kappella żgħira li qed tospita esebizzjoni ta' presepju tradizzjonali kif ukoll 'Santa's House'. F'Għajnsielem xgħelna s-siġra tal-Milied li hija magħmula minn mijiet ta' fliexken li tkompli wkoll man-numru ta' attivitajiet madwar Għawdex, hekk kif ftit tal-jiem oħra se nkunu wkoll qegħdin niftħu l-presepju ħaj Betlehem f'Għajnsielem bħal kull sena f'din il-lokalità," spjega il-Ministru Camilleri.

Fin-Nadur, fi Triq Diċembru 13 saret il-Parata tal-Milied bi żfin, kant, karattri tal-Milied u l-preżenza ta' Santa u Mrs Claus. Wara l-parata, fil-Pjazza saret Gran Finale b'attività  u spettaklu u nfetħet ukoll Santa's House u Toy Shop fil-Pjazza, u Santa Claus laqa' lin-nies, speċjalment lit-tfal, għar-ritratt u esperjenza maġika. Il-pubbliku seta' wkoll iżur kappella ġdida li ospitat esebizzjoni ta' presepju tradizzjonali, maħdum b'sengħa u devozzjoni li tirrifletti l-wirt kulturali tagħna. Barra minn hekk, matul il-ġurnata u filgħaxija kien hemm programm varjat fil-Pjazza b'korijiet, banda u żfin, flimkien ma' logħob, ikel u xorb tal-Milied biex kulħadd seta' jgawdi din l-esperjenza. Intant, f'Għajnsielem inxtegħlet is-siġra tal-Milied għolja madwar 60 pied u li hija magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru jibqa' kommess li jagħti s-sostenn tiegħu għal attivitajiet bħal dawn li mhux biss huma attrazzjoni għal kull min jagħżel li jżur il-gżira Għawdxija f'dan iż-żmien tas-sena iżda fuq kollox iservu ta' divertiment għall-familji u r-residenti tagħna.

Ritratti: MGP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jittella' Joy to the World fin-Nadur, u tinxtegħel is-siġra tal-Milied f'Għajnsielem magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ bħala parti mill-programm 'Milied f'Għawdex'
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jittella' Joy to the World fin-Nadur, u tinxtegħel is-siġra tal-Milied f'Għajnsielem magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ bħala parti mill-programm 'Milied f'Għawdex'
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Jittella' Joy to the World fin-Nadur, u tinxtegħel is-siġra tal-Milied f'Għajnsielem magħmula minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ bħala parti mill-programm 'Milied f'Għawdex'
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow