Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR252222
Date Icon 10/12/2025

Sedqa tniedi ktieb dwar mocktails – alternattiva għax-xorb alkoħoliku

L-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, bil-kollaborazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, nediet ktejjeb ta’ riċetti ta’ mocktails differenti.

Il-mocktails huma xarbiet kreattivi, li jixbħu lill-cocktails alkoħoliċi, iżda ma jkun fihom l-ebda alkoħol, bl-għan li jservu lill-familji, liż-żgħażagħ u lill-professjonisti fis-settur tal-ospitalità, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Dan il-ktejjeb bir-riċetti tal-mocktails għandu l-għan li jsaħħaħ il-kuxjenza dwar alternattivi friski u attraenti li jistgħu jitħalltu u jiġu offruti fi kwalunkwe ambjent, mingħajr ir-riskji assoċjati mal-alkoħol.

Inizjattiva kemxejn differenti, li twassal messaġġ b’saħħtu li biex tieħu gost jew tiddeverti m’għandekx għalfejn tixrob jew tabbuża mix-xorb jew mid-droga. Dettalji dwar dan kollu ngħataw nhar l-Erbgħa filgħodu, fil-Kampus tal-ITS, f’Ħal Luqa. 

L-Aġenzija Sedqa ħadet din l-inizzjattiva bħala parti mill-impenn kontinwu tagħha biex tippromwovi stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha u għażliet responsabbli f’avvenimenti soċjali. 

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg,  faħħar lill-Aġenzija Sedqa u lill-ITS għal din il-kollaborazzjoni b’għan soċjali, sabiex iħajru lill-komunitajiet f’Malta u Għawdex jagħtu prijorità lil saħħithom u lill-benesseri tagħhom u ta’ dawk madwarhom. L-abbuż mill-alkoħol mhux biss iħassar il-festi, imma jista’ jkollu konsegwenzi ferm agħar għal dawk milquta. 

“Fl-impenn tagħna lejn divertiment u turiżmu sostenibbli u responsabbli, is-sehem tal-ITS f’din l-inizjattiva jiżgura li dan is-sens ċiviku jkompli jitkattar anke fis-settur tal-ospitalità, li għandu jkun kapaċi joffri dawn l-alternattivi lill-Maltin u lit-turisti li jservi,” spjega Dr Borg.    

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, faħħar ix-xogħol li twettaq is-Sedqa, li kompliet tiżviluppa s-servizzi tagħha, f’sinfonija ma’ dak li kontinwament jevolvi fix-xena tal-abbuż tas-sustanzi, u b’riflessjoni partikolari abbażi tal-ideat tas-servizz għas-saħħa pubblika. “L-abbuż mill-alkoħol u d-droga mhumiex is-soluzzjoni. Huma biss il-bidu ta’ triq ta’ aktar sfidi li jibqgħu jikbru iktar ma jgħaddi ż-żmien. Għalhekk l-importanza li nkomplu nsaħħu l-għarfien u t-tagħlim dwar il-konsegwenzi negattivi marbuta ma’ dawn il-vizzji, sa minn etajiet żgħar,” stqarr il-Ministru Michael Falzon. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti faħħar l-irwol ta’ Aġenzija Sedqa għal din l-inizjattiva innovattiva u l-għarfien edukattiv kontinwu li jibda kmieni fl-iskejjel.  

Sedqa u l-FSWS irringrazzjaw lill-ITS u lill-kumpanija Farsons għall-kollaborazzjoni siewja tagħhom. Il-kontribut tagħhom kien essenzjali biex jinħoloq prodott ta’ kwalità li jista’ jintuża kemm fil-komunità kif ukoll fil-qasam tal-ospitalità. Kopji tal-ktejjeb se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tas-servizzi ta’ Aġenzija Sedqa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow