Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA 1,600 persuna ser jibbenefikaw mill-użu tal-Epi-pen b’xejn

pr252213
Date Icon 09/12/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li b’investiment ta’ €155,000 fis-sena madwar 1,600 persuna ser jibdew jibbenefikaw mill-użu tal-Epipen b’xejn għal pazjenti bi problemi ta’ alerġiji serji.

Il-Ministru Abela qal li Epi-Pen hija mediċina kruċjali li għandha l-epinefrina. Intqal kif din il-mediċina tintuża minn tfal sa adulti li jistgħu jesperjenzaw reazzjoni allerġika qawwija, magħrufa bħala anafilassi, ikkawżata minn ikel, mediċina jew tingiża ta’ insetti fost oħrajn u f’ċerti każi, l-anafilassi tista’ tikkawża l-mewt. Mediċina li tqum ħafna flus iżda li hija neċessarja, tant li xi persuni jkollhom iġorru waħda magħhom kull fejn imorru.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li permezz ta’ dan it-tagħmir mediku, persuni li jesperjenzaw reazzjoni allerġika qawwija se jkunu jistgħu jilqgħu għaliha b’miżura li permezz tagħha se tissaħħaħ is-sigurtà u l-aċċess għal kura.

“Dan huwa pass importanti ieħor, anzi rivoluzjonarju li huwa turija ta’ kemm il-Gvern jieħu bis-serjetà l-kwalità tal-ħajja u l-ħajja ta’ kull individwu fis-soċjetà tagħna. Għalhekk kulma jmur, Il-Gvern kommess li jkompli jintroduċi mediċini fil-formularju tal-gvern għall-ġid tal-pazjenti Maltin u Għawdxin,” temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA 1,600 persuna ser jibbenefikaw mill-użu tal-Epi-pen b’xejn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow