Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Imnedi l-programm ta’ avvenimenti ġdid għas-sena 2026 u l-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin ta' Festivals Malta

PR252194
Date Icon 05/12/2025

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien ma' Festivals Malta, ppreżentaw uffiċjalment il-programm ta’ avvenimenti ta’ din l-aġenzija għas-sena 2026, li jinkludu 11-il festival, ħames festi nazzjonali, u diversi avvenimenti oħra. 

Dan il-kalendarju ta’ avvenimenti, li jibda minn Jannar 2026 bil-Valletta Baroque Festival, u jagħlaq bit-Three Palaces Festival f’Novembru 2026, jinkludi wkoll festival ġdid bl-isem ta’ Valletta Guitar Festival, u l-iżvilupp ta’ Ritmu Roots Festival f’Festgħana, fost oħrajn.

Festivals Malta ħabbret ukoll l-istrateġija tagħha għall-5 snin li ġejjin, Festivals & Beyond 2026–2031, b’viżjoni li ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governattivi u privati fi ħdan il-kultura, li tagħmel il-festivals tal-aġenzija aktar aċċessibbli, u li tagħti prijorità lill-komunità artistika.

Il-kelliema spjegaw ukoll uħud mill-inizjattivi tal-aġenzija, partikolarment fuq l-iżvilupp tas-sit elettroniku ta’ Festivals Malta. 

Is-sit il-ġdid festivals.mt, se jinkludi diversi għodda tal-aċċessibilità bħal screen reader u virtual keyboard, kontenut bilingwi kemm bil-Malti u bl-Ingliż, u menù aġġornat u faċli biex jintuża li joffri l-aħjar esperjenza lill-utenti tiegħu.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici sostna, “Ħabbarna programm ambizzjuż u b’viżjoni ċara għall-2026, li jinkludi 11-il festival, ħames festi nazzjonali u bosta avvenimenti oħra li jsaħħu l-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. Din hija prova ċara ta’ kemm il-kultura f’Malta qed tkompli tikber b’pass sod u b’livell għoli ta’ professjonalità. Preżentajna wkoll l-istrateġija tagħna Festivals & Beyond 2026–2031, li tfisser aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u privati, aktar aċċessibilità għall-pubbliku, u aktar impenn lejn il-komunità artistika tagħna. Din hija triq li tkompli tpoġġi lill-kultura Maltija fuq pedament b’saħħtu u futur li jħares ’il quddiem,” sostna l-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra ppreżenta l-istrateġija ta’ Festivals Malta u l-pjan li l-aġenzija għandha għall-ħames snin li ġejjin. “Din l-istrateġija hija prodott ta’ proċess rigoruż li involva diversi artisti, udjenzi, stakeholders u saħansitra esperti internazzjonali fis-settur. Permezz ta’ din l-istrateġija, Festivals Malta se taħdem biex il-festivals tagħha mhux biss itejbu l-kwalità tal-ħajja, iżda wkoll li jrawmu l-kreattività u l-benesseri tal-udjenzi tagħna, u li jgħaqdu l-komunitajiet lokalment u internazzjonalment permezz tal-kultura. B’hekk, Festivals Malta se tkompli ssaħħaħ l-għan ewlieni tagħha: li trawwem u tkabbar portafoll divers ta’ festivals li jiċċelebraw il-kultura rikka u l-ispirtu kreattiv ta’ pajjiżna.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius, spjega kif Festivals Malta se tidħol għas-sena l-ġdida mhux biss b’portafoll ta’ avvenimenti ġdid u divers, iżda wkoll b’diversi miri għall-futur. “Il-portafoll ta’ Festivals Malta qiegħed dejjem jikber u jiżviluppa. Għas-sena 2026, l-aġenzija se tkompli tiżviluppa l-kalendarju kulturali tagħha biex noffru esperjenza diversa lill-udjenza tagħna. Bħal dejjem, Festivals Malta se tagħti prijorità mhux biss lill-kultura billi tgħin biex din tkun aċċessibbli għal kulħadd, iżda wkoll biex tippromwovi lill-artist lokali u toffrilu opportunitajiet biex jiżviluppa t-talenti artistiċi tiegħu, filwaqt li tippreserva u tiċċelebra l-wirt kulturali ta’ pajjiżna. Is-sena 2026 se timmarka pass ’il quddiem għal Festivals Malta li jgħinna ntejbu l-kwalità ta’ dak kollu li nagħmlu.”

Għal aktar informazzjoni fuq ix-xogħol ta’ Festivals Malta, żur is-sit elettroniku www.festivals.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Imnedi l-programm ta’ avvenimenti ġdid għas-sena 2026 u l-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin ta' Festivals Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Imnedi l-programm ta’ avvenimenti ġdid għas-sena 2026 u l-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin ta' Festivals Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Imnedi l-programm ta’ avvenimenti ġdid għas-sena 2026 u l-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin ta' Festivals Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow