Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet, Pjanijiet u Prijoritajiet – L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex tniedi Corporate Plan ġdid għat-tliet snin li ġejjin

PR252189
Date Icon 05/12/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri indirizza l-Business Breakfast bit-tema 'Konnessjonijiet, Pjanijiet u Prijoritajiet' organizzat mill-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex li laqqa' flimkien l-imsieħba soċjali Għawdxin.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, mhux biss kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f'Għawdex imma aktar minn hekk kompliet turi r-relevanza tagħha fil-kuntest soċjo-ekonomiku tal-gżira b'numru mdaqqas ta' studji li wħud, waslu għal bidliet fil-policies u fl-operat ta' ċerti servizzi. Huwa rrimarka kif l-istrateġija 'Għawdex: Gżira ta' Villaġġi' ġabet viżjoni ċara għal Għawdex għas-snin li ġejjin li tpoġġi lil Għawdex f'dimensjoni li jixraqlu għax hemm qbil reċiproku, li l-ħtiġijiet ta' Għawdex huma differenti minn dawk ta' Malta.

Il-Ministru Camilleri nnota kif din l-Awtorità implimentat xejn inqas minn 93% tal-Corporate Plan li kien ikopri l-aħħar tliet snin u wera l-konvinzjoni tiegħu li l-Corporate Plan il-ġdid, li l-Awtorità nediet proprju waqt il-Business Breakfast, ser jiġi attwat kif ġara b'dak ta' qabel. “Persważ li kif għamlet il-GRDA fl-aħħar 5 snin hekk ser tkompli tagħmel fil-futur, billi tippreżenta proposti studjati u oġġettivi li verament jissarrfu f'tibdil u titjib li minnu jgawdu r-residenti kollha ta' Għawdex," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Is-Sur Ivan Falzon, Kap Eżekuttiv tal-GRDA ta ħarsa lejn ħidmet l-Awtorità matul din l-aħħar sena. Hu elenka n-numru ta' inizjattivi li ħadmet fuqhom filwaqt li ta ħarsa lejn il-Corporate Plan li nediet l-Awtorità li jkopri t-tliet snin li ġejjin. Falzon saħaq li bosta miżuri f'dan il-Corporate Plan aġġornat jinkludu inizjattivi fuq mobilità u tisħiħ ta' konnettività.

Il-Business Breakfast ġie wkoll indirizzat minn Marice Grech, Head of Unit mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, minn Maria Xuereb, Chief Credit Officer tal-Malta Development Bank u minn Juergen Attard, Senior Manager fi ħdan l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.

L-avveniment sar bħala parti mill-istrateġija tal-Awtorità, dik li żżomm kuntatt regolari u taġġorna lill-imsieħba tagħha b'dak kollu li jkun għaddej f'ħidmet l-Awtorità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet, Pjanijiet u Prijoritajiet – L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex tniedi Corporate Plan ġdid għat-tliet snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet, Pjanijiet u Prijoritajiet – L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex tniedi Corporate Plan ġdid għat-tliet snin li ġejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow