Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr252183
Date Icon 04/12/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jikkonferma li ressaq mandat ta' inibizzjoni quddiem il-Qorti biex iwaqqaf Direttiva maħruġa mill-Unjin tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) li, fl-opinjoni umli tiegħu, tfittex li tfixkel u tippreġudika l-operat fil-Cath Lab fi ħdan id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei. Din id-direttiva tfixkel l-eżekuzzjoni ta' proċeduri essenzjali li jsalvaw il-ħajja tal-pazjenti bi problemi kardijaċi.

Il-Ministeru jemmen b'umiltà, li d-direttiva maħruġa mill-MUMN hija kompletament u b'mod impulsiv sproporzjonata mar-rilevanza tal-kwistjoni. Minkejja l-isforzi mill-amministrazzjoni biex issolvi l-kwistjoni, anki ftit qabel tressaq il-mandat, l-MUMN iddeċidiet li timponi d-direttiva b'mod arbitrarju u tirrifjuta li tattendi laqgħa ta' rikonċiljazzjoni mal-amministrazzjonijiet konċernati.

Peress li d-direttiva tqiegħed il-ħajja tal-pazjenti f'periklu serju, il-Ministeru jsib il-kors ta' azzjoni tal-MUMN bħala sproporzjonat, mhux etiku u mhux sigur. Kif diġà ntqal, il-Ministeru għandu l-intenzjoni li jżomm l-interessi tal-pazjenti kollha li jattendu l-Isptar Mater Dei għat-trattament u l-kura medika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow