Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tisħaq fuq l-importanza tal-fondi Ewropej li jgħinu t-tibdil fl-infrastruttura, riċerka u taħriġ

pr252181
Date Icon 04/12/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, waqt il-EUROPEAN HEALTH SUMMIT 2025 “NextGen Simplified: Rethinking Health for Tomorrow", iddiskuta l-investiment tal-UE fis-saħħa u l-isfidi tal-ġejjieni għal servizzi tas-saħħa sostenibbli.

Waqt diskussjoni bejn diversi stakeholders matul il-konferenza tal-European Health Summit, il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif il-budget preżenti tal-UE (MFF) laħħaq €8 biljun fuq medda ta' seba' snin. Spjega kif dawn il-fondi jsostnu x-xogħol bla waqfien tal-European Medicine Agency li fost l-oħrajn tassigura reġistrazzjoni u assessjar tal-mediċini li jintużaw fl-Ewropa. Il-European Centre for disease control (ECDC) hija entità unika fid-dinja li x-xogħol tagħha hu l-assessjar ta' mard infettiv, il-prevenzjoni u konsultazzjoni ma' kull pajjiż membru. Minnbarra dawn, il-ministru saħaq fuq ix-xogħol strateġiku mwettaq mid-Direttorat Ġenerali Sante' u mid-Direttorat Ġenerali HERA li jfasslu linji gwida u preparamenti għal sitwazzjonijiet kritiċi.

Il-Ministru Abela saħaq fuq l-importanza tal-fondi Ewropej li jgħinu tibdil fl-infrastruttura, riċerka u taħriġ. Hu stqarr li fl-aħħar mill-aħħar, “Il-proviżjoni tas-saħħa tibqa' prerogattiva tal-pajjiż innifsu". Hawnhekk, saħaq kif aktar kooperazzjoni bejn il-pajjiżi hija kruċjali sabiex il-pajjiżi ż-żgħar ikunu jistgħu jibbenefikaw sabiex innovazzjonijiet importanti jkunu jistgħu jitwasslu liċ-ċittadini kollha bla distinzjoni.

Meta d-diskussjoni trattat il-mard tal-kanċer, Dr Abela spjega li l-Gvern Malti se jkompli jinvesti aktar fil-prevenzjoni u monitoraġġ tal-musrana, il-prostata, is-sider, il-pulmun u l-frixa. “Jien ottimist li fl-Ewropa l-ġlieda kontra l-kanċer qed tintrebaħ biċċa biċċa u nawgura li aktar riċerka fil-kanċer tal-frixa, il-pulmun u s-sistema urinarja jkunu jistgħu jwasslu għal riżultati miksuba f'tipi ta' kanċer oħrajn", temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tisħaq fuq l-importanza tal-fondi Ewropej li jgħinu t-tibdil fl-infrastruttura, riċerka u taħriġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tisħaq fuq l-importanza tal-fondi Ewropej li jgħinu t-tibdil fl-infrastruttura, riċerka u taħriġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow