Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR252175
Date Icon 04/12/2025

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta' Aflatossini.

L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu 'Aspergillus' li jinsabu speċjalment f'żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta' kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdita`, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta' kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Pistaċċi
Piż:300g; 500g
Data tad-durabbilità:12.10.2027
Ditta:Daily Fresh
Ippakjat minn:Daily Fresh, Gozo
Oriġini:Iran

pistacchio.jpgpista 2.jpgA bag of raw pistachios    AI-generated content may be incorrect.

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub li jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow