Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra s-sitt edizzjoni tal-attività Betlehem f’Santa Venera

pr252159
Date Icon 02/12/2025

Il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera, b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, se jkun qed jorganizza s-sitt edizzjoni tal-attività tal-Milied Betlehem f'Santa Venera, attività li ta' kull sena tattira eluf ta' viżitaturi u ssir b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Wara l-interess kbir tas-sena li għaddiet, din se tkun it-tieni darba li l-pubbliku se jkun jista' jżur mhux biss il-ġonna mill-isbaħ ta' Romeo Romano, iżda wkoll il-parti tal-ġnien ta' Casa Leoni – il-binja storika li llum tospita l-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

Din is-sena, l-attività se tkun organizzata b'format ġdid, fejn il-viżitaturi jkollhom l-opportunità jesperjenzaw presepju ħaj, bil-ħajja rurali tradizzjonali, b'bankarelli ta' ikel u xorb, suq ta' artiġjanat u żoni għat-tfal u annimali ħajjin li jagħtu ħajja lill-atmosfera tal-Milied.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din l-inizjattiva turi kif il-ġnien storiku fil-qalba ta' Santa Venera qed jitgawda minn mijiet ta' nies permezz ta' dawn l-inizjattivi li jżommu ħaj l-ispirtu tal-Milied.

“Din l-attività toffri mhux biss festa tal-Milied iżda wkoll opportunità unika għall-familji Maltin u Għawdxin biex jidħlu f'dawn iż-żewġ ġonna tas-seklu tmintax li oriġinarjament kienu jiffurmaw ġnien wieħed kbir. Dan kollu qed isir għal għan ġust biex grazzi għal dawn l-inizjattivi, nkomplu nsostnu x-xogħol kbir li twettaq il-Malta Community Chest Fund", spjega l-Ministru Zrinzo Azzopardi. Huwa qal li l-Ministeru kompla jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera biex Casa Leoni tkun aktar aċċessibbli għall-pubbliku u ssir punt ta' laqgħat kulturali u komunitarji.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet kif dawn l-attivitajiet kulturali, imtella' bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali u bl-appoġġ tal-Gvern Lokali, huma essenzjali biex inżommu ħajjin it-tradizzjonijiet tagħna u nkomplu nsaħħu l-identità Maltija. Hija żiedet tgħid kif “Betlehem f'Santa Venera hija waħda fost 56 attività li qed jittellgħu madwar Malta u Għawdex mill-Kunsilli Lokali dan il-Milied permezz ta' fondi addizzjonali maħruġa minn skema proprju għall-attivitajiet tal-Milied."

Is-Sindku ta' Santa Venera, Gianluca Falzon tkellem dwar kif Betlehem f'Santa Venera jibqa' avveniment annwali li jiġbor dak kollu li huwa Vendriż, minn għaqdiet li jagħmlu ikel u xorb, għar-residenti li jżuru dawn il-ġonna ta' Casa Leoni u Romeo Romano. “Għal din is-sena qegħdin noħolqu presepju ħaj interattiv biex wieħed jidħol fl-istorja tal-Milied, kif ukoll se jkun qiegħed jinfetaħ ir-Razzett b'wirja tal-presepji, fost ħafna bankarelli artiġġjanali," żied jgħid is-Sindku.

Iż-żewġ ġonna, li darba kienu jiffurmaw il-ġnien tal-palazz tal-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, magħruf bħala Casa Leoni, se jinbidlu għal tlett ijiem f'raħal tal-Milied mimli dawl, mużika u attivitajiet għall-familji.

Dettalji tal-attività:

  • 19 ta' Diċembru – mis-6pm 'il quddiem
  • 20 ta' Diċembru – mit-3pm 'il quddiem
  • 21 ta' Diċembru – mill-11am 'il quddiem

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur il-paġna tal-avveniment fuq il-midja soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra s-sitt edizzjoni tal-attività Betlehem f’Santa Venera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra s-sitt edizzjoni tal-attività Betlehem f’Santa Venera
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow