Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Dr Lydia Abela tniedi s-sitt edizzjoni ta’ ‘Rigal bi Mħabba’

pr252157
Date Icon 01/12/2025

F’Pjazza Kastilja, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela nediet is-sitt edizzjoni ta’ Rigal bi Mħabba, inizjattiva favur tfal vulnerabbli biex huma wkoll jirċievu rigal frott l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi fi żmien il-Milied.

It-tnedija saret fil-preżenza tal-kor La Voix Harmonies, li sena wara oħra joħloq kanzunetta għal din l-inizjattiva li tħalli messaġġ qawwi ta’ tama u solidarjetà.

Dr Lydia Abela spjegat kif l-inizjattiva Rigal bi Mħabba twieldet minn ħolma bejnha u bintha Giorgia-Mae, iżda illum il-ħolma nbidlet  f’moviment li jiġbor fi ħdanu eluf ta’ persuni li flimkien jagħtu l-ferħ lit-tfal li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Hija enfasizzat li filwaqt li ħafna familji jgawdu l-Milied b’abbundanza, hemm oħrajn li jbatu jew jgħixu f’ċirkustanzi diffiċli.

“Ix-xewqa tagħna hi waħda sempliċi iżda sinifikanti, li kull tifel u tifla jkollhom rigal taħt is-siġra tal-Milied u li ħadd ma jħossu minsi,” sostniet Dr Abela. 

Dr Abela spjegat li r-rigali jistgħu jitħallew taħt is-siġra tal-Milied li tinsab f’Pjazza Kastilja bejn it-12 u d-19 ta’ Diċembru. Hija wkoll ħabbret li mill-15 ta’ Diċembru sal-24 ta’ Diċembru, il-Pjazza se tinbidel f’Villaġġ tal-Milied b’attivitajiet għall-familji, ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied, kif ukoll artiġjanat lokali.

L-għeluq ta’ Rigal bi Mħabba se jsir nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru, b’ġurnata mimlija attivitajiet, fosthom spettaklu mużikali minn talent lokali, kif ukoll kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Dr Abela rrikonoxxiet ukoll ir-rwol importanti tal-kunsilli lokali u tal-iskejjel li din is-sena reġgħu ingħaqdu biex jagħtu sehemhom. Hija semmiet b’mod partikolari l-esperjenza tagħha meta żaret l-iskola Primarja Ġużeppina Deguara, fejn it-tfal ippreżentaw rigali li ħejjew huma stess flimkien mal-għalliema tagħhom.

Matul it-tnedija, Dr Abela ħabbret ukoll li se terġa’ tittella’ l-inizjattiva Rigal bi Mħabba b’Differenza b’risq l-annimali, inizjattiva li twieldet flimkien ma’ Jake Vella u din is-sena se tiġi estiża f’Għawdex ukoll. 

Hija temmet billi rringrazzjat lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-korpi dixxiplinati kollha involuti fl-organizzazzjoni u fit-tqassim tar-rigali.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Dr Lydia Abela tniedi s-sitt edizzjoni ta’ ‘Rigal bi Mħabba’
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Dr Lydia Abela tniedi s-sitt edizzjoni ta’ ‘Rigal bi Mħabba’
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Dr Lydia Abela tniedi s-sitt edizzjoni ta’ ‘Rigal bi Mħabba’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow