Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANNAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI GRAS - Sistema ġdida ta’ rrappurtar lill-Kunsilli Lokali Għawdxin

PR252153
Date Icon 01/12/2025

Ġiet imnedija applikazzjoni elettronika ġdida li permezz tagħha l-Għawdxin se jkunu jistgħu jirrappurtaw għadd ta’ affarijiet. L-APP bl-isem ta’ GRAS (Gozo Region App Services), tikkonsisti f’software u mobile app li se jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-ilmenti miċ-ċittadini fi ħdan l-irħula Għawdxin. Din l-inizjattivi tnediet mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, fil-preżenza tal-President tar-Reġjun Għawdex, Samuel Azzopardi. 

Ġie spjegat kif din l-app, tar-Reġjun Għawdex, se tkun qed toffri s-servizzi ta’ rappurtar ta’ bozoz tat-toroq li jkunu difettużi; rappurtar ta’ skart domestiku li ma jkunx inġabar fil-ġurnata skedata; skedi tal-ġbir tal-iskart; u twissijiet relatati ma’ ġbir tal-iskart fost oħrajn. 

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li “permezz ta’ din l-app wieħed jista’ jirrapporta n-nuqqasijiet fejn tidħol is-sistema tad-dawl fit-toroq tagħna kif ukoll il-ġbir tal-iskart fl-irħula u permezz ta’ dan ir-rapport b’mod istantanju jkun infurmat il-kuntrattur biex jieħu azzjoni immedjata, ikun infurmat ukoll il-Kunsill u r-Reġjun. Aktar minn hekk ukoll, iċ-ċittadin ikun jista’ jirċievi feedback ta’ x’qed isir, x’sar u x’ħin ingħalaq il-każ. U nemmen li għaldaqstant permezz ta’ din l-app se tagħmilha aktar faċli sabiex fl-aħħar mill-aħħar in-nuqqasijiet żgħar li jkollna madwar Għawdex f’dan il-każ ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv u mill-ewwel.”

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li din l-applikazzjoni hi waħda innovattiva u tal-ewwel xorta tagħha għal Kunsilli Reġjonali u Lokali. Spjegat li permezz ta’ din l-app, iċ-ċittadini Għawdxin m’hemmx għalfejn jirrikorru fiżikament jew inkella jċemplu lill-Kunsill sabiex jagħmlu rapporti li huma tant komuni. 

“Huwa ta’ sodisfazzjoni li nara Kunsill Reġjonali li sabiex itejjeb is-servizz tiegħu lejn iċ-ċittadini ta’ dan ir-Reġjun ħaseb biex joħloq sistema teknoloġika li permezz tagħha jista’ jagħmel għadd ta’ rapporti u juża diversi servizzi. Huwa fatt li llum il-ġurnata l-ħin sar aktar prezzjuż u allura dak li jkun forsi jarah bħala skariġġ li jċempel jew inkella jmur fiżikament fil-Kunsill Lokali,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Il-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex, Dr Samuel Azzopardi tkellem ukoll dwar l-iżvilupp tas-sistema, u ddeskriva l-app GRAS bħala proġett li nibet minn ċertu sfidi li jiffaċċjaw il-Kunsilli Lokali u r-residenti. Huwa qal li filwaqt li l-app hija mfassla biex tkun sempliċi għall-pubbliku, sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol biex jiġi żgurat li hija affidabbli, preċiża u kapaċi tappoġġja r-responsabbiltajiet tal-Kunsilli. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li kkontribwew għall-proġett u qal li l-Kunsill Reġjonali kburi li qed iniedi sistema diġitali li se tagħmel il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni aktar faċli għal kulħadd fir-reġjun Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANNAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI GRAS - Sistema ġdida ta’ rrappurtar lill-Kunsilli Lokali Għawdxin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANNAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI GRAS - Sistema ġdida ta’ rrappurtar lill-Kunsilli Lokali Għawdxin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANNAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI GRAS - Sistema ġdida ta’ rrappurtar lill-Kunsilli Lokali Għawdxin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow