Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg jindirizza l-10 edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum

PR252144
Date Icon 29/11/2025

Dr Ian Borg ingħaqad ma’ mexxejja tal-industrija minn madwar id-dinja, nhar il-Ġimgħa, meta indirizza l-10 edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum. Huwa saħaq fuq il-bżonn li d-destinazzjonijiet Mediterranji jibbilanċjaw it-tkabbir mas-sostenibilità, jaħdmu fuq it-trasformazzjoni diġitali, u jwieġbu għall-aspettattivi li qed jevolvu fl-ivjaġġar. Huwa enfasizza wkoll dwar il-qalba lejn turiżmu li għandu l-esperjenza fiċ-ċentru, kif ukoll dwar l-irwol kruċjali tal-innovazzjoni sabiex tinżamm il-kompetittività globali.

Dr Borg irrefera wkoll għad-direzzjoni li qed jieħu t-turiżmu f’Malta, li tinkludi turiżmu tul is-sena kollha, diversifikazzjoni tal-prodott, involviment aktar b’saħħtu tal-komunità, u l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà f’kull aspett turistiku. Sostna wkoll l-importanza tal-pjattaforma l-ġdida dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fit-Turiżmu, li ser tiġbor informazzjoni u analiżi f’ħin reali sabiex tappoġġja governanza u investiment aktar intelliġenti.

Il-Deputat Prim Ministru tenna li “l-Mediterran għandu potenzjal enormi, iżda sabiex nibqgħu b’saħħitna rridu nevolvu – dan billi nsaħħu s-sostenibilità, inħaddnu esperjenzi awtentiċi, u npoġġu l-innovazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali fil-qalba tal-istrateġija tagħna għat-turiżmu. Hekk kif dawk li jżuruna qed ifittxu konnessjonijiet aktar profondi u sinifikanti, hija responsabbiltà tagħna li nipproteġu dak li jagħmel il-Mediterran uniku, filwaqt li niżguraw li t-tkabbir tagħna jibqa’ sostenibbli u ta’ benefiċċju għall-komunitajiet tagħna.”

Matul din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru żar ukoll bosta inizjattivi organizzati bħala parti mill-forum. Dawn inkludew inizjattivi ta’ taħriġ fl-ospitalità, kompetizzjonijiet relatati mas-settur, wirjiet kulturali, kif ukoll diskussjonijiet li laqqaw flimkien esperti sabiex jesploraw soluzzjonijiet prattiċi marbuta mal-pilastri SEA.

Bħala parti mill-inizjattivi saret ukoll il-‘Mediterranean Tourism Knowledge Exchange & Policy Conference’, indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u li ġabet flimkien riċerkaturi u akkademiċi globali f’Malta sabiex tissaħħaħ il-konnessjoni bejn l-għarfien akkademiku u l-prattiċi industrijali. Ospitata mill-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono, saret ukoll iċ-ċerimonja tal-Mediterranean Tourism Awards li saret fil-Palazz tal-President u li rrikonoxxiet l-eċċellenza fit-turiżmu sostenibbli u l-identità Mediterranja.

Saret ukoll laqgħa ta’ korteżija bejn id-Deputat Prim Ministru u t-tmexxija tal-MTF fejn ġie diskuss l-irwol dejjem jikber ta’ Malta fit-turiżmu Mediterranju u ġew esplorati opportunitajiet għal koperazzjoni reġjonali permezz tas-Senaturi tal-MTF.

Bħala parti mill-programm tal-attivitajiet sar ukoll il-kunċert Mediterranean Stars – Beyond the Sea, ċelebrazzjoni tal-kultura mużikali Mediterranja ppreżentata mill-Orkestra Mediterranja taħt id-direzzjoni tal-Maestro Bruno Santori.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg jindirizza l-10 edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg jindirizza l-10 edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg jindirizza l-10 edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow