Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-programm Let’s Talk Farming

PR252136
Date Icon 28/11/2025

Il-Ministru Anton Refalo flimkien mal-Ministru Clifton Grima nedew ir-raba' edizzjoni tal-programm Let's Talk Farming, filwaqt li ppreżentaw il-premjijiet lill-iskejjel għall-kontribut tagħhom fit-tielet edizzjoni tal-programm.

Din l-inizjattiva, li saret pilastru importanti għall-edukazzjoni agrikola fil-pajjiż, rat 61 skola madwar Malta u Għawdex tieħu sehem. Dan ifisser li madwar 18,500 student – ta' etajiet bejn erba' u ħmistax-il sena – gawdew minn taħriġ u esperjenzi li jgħallmu u jispiraw. L-għan tal-programm jibqa' li nrawmu ġenerazzjoni li tifhem u tapprezza l-proċess li bih il-prodott lokali jasal sal-mejda tagħna.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo spjega kif permezz ta' din l-inizjattiva qed titwettaq wegħda oħra tal-Gvern fil-qasam tal-edukazzjoni agrikola. “Permezz ta' dan il-programm irridu li t-tfal jifhmu l-valur tal-prodott lokali, il-konsum responsabbli tal-ikel u r-rwol tal-bdiewa u r-raħħala fis-soċjetà tagħna. L-impenn tagħna hu li nkomplu nagħtu aktar opportunitajiet lill-istudenti biex jipparteċipaw f'attivitajiet prattiċi ta' tkabbir u kura tal-pjanti fl-iskejjel."

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal, “Dan huwa programm li jieħu lill-istudenti tagħna 'lil hinn mill-kurrikulu, imma li permezz tiegħu qiegħed isaħħaħ it-tagħlim li jieħdu l-istudenti fil-klassijiet. Huwa importanti li lill-istudenti nuruhom l-aspetti differenti, biex filwaqt li nwessgħulhom l-għarfien tagħhom, inkunu qed ngħinuhom f'dak li jiltaqgħu miegħu fil-ħajja ta' kuljum, kif ukoll jgħinhom fl-għażla tal-karriera tagħhom." Huwa faħħar l-inizjattiva li hija mifruxa fl-iskejjel, u qal li dawn it-tip ta' programmi u inizjattivi jkomplu jsaħħu dik li hija l-edukazzjoni sħiħa li rridu nagħtu lill-istudenti tagħna.

Matul it-tielet edizzjoni, l-iskejjel li pparteċipaw gawdew minn firxa ta' attivitajiet edukattivi li inkludew taħditiet mal-esperti, sessjonijiet informattivi mill-Istitut tal-Agribusiness fi ħdan l-MCAST, għarfien dwar il-konservazzjoni tal-ilma, attivitajiet ta' tħawwil u żjarat fil-Farmers' Market. Barra minn hekk tqassmu żrieragħ, siġar tat-tut u pjanti ornamentali, flimkien ma' materjal edukattiv bħal posters tematiċi u kotba agrikoli għal-libreriji tal-iskejjel.

Tħabbar ukoll li sar investiment ta' €50,000 biex jiffaċilita żjarat edukattivi għand l-imsieħba tal-programm u aktar minn €15,000 f'taħditiet adattati għal kull livell ta' età, sabiex l-esperjenza tat-tfal tkun kemm edukattiva kif ukoll prattika.

Waqt l-istess attività ġew ippremjati 39 skola li laħqu l-kriterji stabbiliti tal-programm: skola waħda fil-livell Platinu, tmienja Deheb, erbatax Fidda u sittax Bronż. Dawn kisbu rikonoxximent mhux biss għall-parteċipazzjoni tagħhom, iżda għax tejbu l-istandards edukattivi permezz ta' attivitajiet innovattivi u impenn kontinwu tul is-sena skolastika.

Barra minn hekk, ġew ippreżentati 2,000 ċertifikat ta' rikonoxximent lill-edukaturi li taw sehemhom sabiex dan il-programm ikompli jikber. L-edukaturi jibqgħu element essenzjali fis-suċċess tal-programm f'kull edizzjoni.

Il-Ministri rringrazzjaw lill-iskejjel, lill-edukaturi, lill-istudenti universitarji, lis-settur privat u lid-delegazzjonijiet internazzjonali għall-kollaborazzjoni tagħhom. Flimkien qed nagħmlu differenza reali u sostenibbli fis-settur agrikolu u edukattiv ta' pajjiżna.

Il-programm Let's Talk Farming issa se jidħol fir-raba' sena tiegħu, b'aktar ideat, aktar impenn u aktar opportunitajiet għall-istudenti biex jiskopru u jħaddnu l-valuri agrikoli li jagħmlu parti mill-identità tagħna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-programm Let’s Talk Farming
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-programm Let’s Talk Farming
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-programm Let’s Talk Farming
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow